+Artikolu 73 Protezzjoni tas-sorsi ta' informazzjoni
---+Artikolu 73 1.
---+Artikolu 73 2.
---+Artikolu 73 3.
---+Artikolu 73 4.
---+Artikolu 73 5.
---+Artikolu 73 6.

Artikolu 73 Protezzjoni tas-sorsi ta' informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 73 1.
Meta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 72(1) u (2) tkun ġiet ipprovduta lil awtorità kompetenti nazzjonali, is-sors ta' tali informazzjoni għandu jiġi protett f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tas-sors ta' informazzjoni relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili. Meta informazzjoni bħal din tkun ġiet ipprovduta minn persuna fiżika lill-Kummissjoni jew lill-Aġenzija, is-sors ta' informazzjoni bħal din ma għandux jiġi żvelat u d-dettalji personali ta' dak is-sors ma għandhomx jiġu rreġistrati flimkien mal-informazzjoni pprovduta.
Artikolu 73 2.
Mingħajr preġudizzju għad-dritt kriminali nazzjonali applikabbli, l-Istati Membri għandhom jibqgħu lura milli jibdew proċedimenti fir-rigward ta' ksur tal-liġi li ma jkunx premeditat jew li jkun aċċidentali, li jsiru jafu bih biss minħabba li l-informazzjoni dwar dak il-ksur tkun ġiet ipprovduta skont dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika f'każijiet ta' mġiba ħażina volontarja jew f'każijiet meta jiġi injorat b'mod manifest, gravi u serju riskju ovvju u nuqqas kbir ta' responsabbiltà professjonali li tingħata attenzjoni li tkun evidentement meħtieġa fiċ-ċirkostanzi, u li tikkawża ħsara prevedibbli lil persuna jew lil proprjetà, jew li tikkomprometti serjament il-livell ta' sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

Artikolu 73 3.
L-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jadottaw miżuri sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tas-sorsi ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 73 4.
L-impjegati u l-persunal b'kuntratt li jipprovdu informazzjoni b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi preġudizzju minn min iħaddimhom jew mill-organizzazzjoni li għaliha jipprovdu servizzi, abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika f'każijiet ta' mġiba ħażina volontarja jew f'każijiet meta jiġi injorat b'mod manifest, gravi u serju riskju ovvju u nuqqas kbir ta' responsabbiltà professjonali li tingħata attenzjoni li tkun evidentement meħtieġa fiċ-ċirkostanzi, u li tikkawża ħsara prevedibbli lil persuna jew lil proprjetà, jew li tikkomprometti serjament is-sikurezza tal-avjazzjoni.

Artikolu 73 5.
Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri milli jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.
Artikolu 73 6.
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tas-sors ta' informazzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 996/2010 u (UE) Nru 376/2014.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.