+Artikolu 74 1.

Artikolu 74 1.

F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tamministra repożitorju ta' informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament.

Dak ir-repożitorju għandu jinkludi informazzjoni dwar:

(a) 

iċ-ċertifikati maħruġa u d-dikjarazzjonijiet li jkunu rċevew l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f'konformità mal-Kapitolu III u l-Artikoli 64 u 65 u l-Artikoli 77 sa 82;

(b) 

iċ-ċertifikati maħruġa u d-dikjarazzjonijiet li jkunu rċevew l-entitajiet kwalifikati f'isem l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 69(3);

(c) 

l-akkreditazzjonijiet mogħtija mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali lil entitajiet kwalifikati f'konformità mal-Artikolu 69, inkluż informazzjoni dwar l-ambitu tal-akkreditazzjoni u l-privileġġi mogħtija;

(d) 

il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(6) u (7), kif ukoll id-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni;

(e) 

id-deċiżjonijiet tal-Istat Membri meħuda skont l-Artikolu 2(8);

(f) 

id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri meħuda skont l-Artikolu 41(5);

(g) 

ir-riallokazzjoni mill-Istati Membri tar-responsabbiltà għall-kompiti lill-Aġenzija jew lil Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikoli 64 u 65, inkluż dettalji dwar il-kompiti riallokati;

(h) 

id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda f'konformità mal-Artikolu 67;

(i) 

in-notifiki mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar l-iskemi ta' speċifikazzjoni individwali tal-ħin tat-titjir li jkunu ntbagħtu lill-Aġenzija abbażi tal-atti delegati adottati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 32(1), u l-opinjonijiet korrispondenti tal-Aġenzija maħruġin f'konformità mal-Artikolu 76(7);

(j) 

in-notifiki mill-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda b'reazzjoni immedjata għal problema relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u dwar l-għoti ta' eżenzjonijiet, u r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni korrispondenti, skont l-Artikoli 70(1) u 71(1);

(k) 

it-talbiet mill-Istati Membri dwar mezzi oħra ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali, u r-rakkomandazzjonijiet korrispondenti tal-Aġenzija skont l-Artikolu 71(3);

(l) 

in-notifiki mill-Aġenzija u d-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 76(4);

(m) 

informazzjoni li hija disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li għandha x'taqsam mal-attivitajiet minn inġenji tal-ajru involuti f'operazzjonijiet minbarra trasport kummerċjali bl-ajru;

(n) 

informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' ►C1  standards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , kif imsemmi fl-Artikolu 90(4);

(o) 

deċiżjonijiet tal-Istat Membri u tal-Kummissjoni li ġew notifikati skont l-Artikolu 62(5), inkluż informazzjoni dwar il-kompiti li qed jiġu eżerċitati b'mod konġunt;

(p) 

l-eżenzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 41(6) u d-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni;

(q) 

miżuri tal-Aġenzija dwar titjiriet fuq żoni ta' kunflitt applikati skont l-Artikolu 88(3);

(r) 

informazzjoni oħra li tista' tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.