+Artikolu 74 Repożitorju ta' informazzjoni
---+Artikolu 74 1.
---+Artikolu 74 2.
---+Artikolu 74 3.
---+Artikolu 74 4.
---+Artikolu 74 5.
---+Artikolu 74 6.
---+Artikolu 74 7.
---+Artikolu 74 8.

Artikolu 74 Repożitorju ta' informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 74 1.
F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tamministra repożitorju ta' informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament.

Dak ir-repożitorju għandu jinkludi informazzjoni dwar:

(a) 

iċ-ċertifikati maħruġa u d-dikjarazzjonijiet li jkunu rċevew l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f'konformità mal-Kapitolu III u l-Artikoli 64 u 65 u l-Artikoli 77 sa 82;

(b) 

iċ-ċertifikati maħruġa u d-dikjarazzjonijiet li jkunu rċevew l-entitajiet kwalifikati f'isem l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 69(3);

(c) 

l-akkreditazzjonijiet mogħtija mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali lil entitajiet kwalifikati f'konformità mal-Artikolu 69, inkluż informazzjoni dwar l-ambitu tal-akkreditazzjoni u l-privileġġi mogħtija;

(d) 

il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(6) u (7), kif ukoll id-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni;

(e) 

id-deċiżjonijiet tal-Istat Membri meħuda skont l-Artikolu 2(8);

(f) 

id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri meħuda skont l-Artikolu 41(5);

(g) 

ir-riallokazzjoni mill-Istati Membri tar-responsabbiltà għall-kompiti lill-Aġenzija jew lil Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikoli 64 u 65, inkluż dettalji dwar il-kompiti riallokati;

(h) 

id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda f'konformità mal-Artikolu 67;

(i) 

in-notifiki mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar l-iskemi ta' speċifikazzjoni individwali tal-ħin tat-titjir li jkunu ntbagħtu lill-Aġenzija abbażi tal-atti delegati adottati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 32(1), u l-opinjonijiet korrispondenti tal-Aġenzija maħruġin f'konformità mal-Artikolu 76(7);

(j) 

in-notifiki mill-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda b'reazzjoni immedjata għal problema relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u dwar l-għoti ta' eżenzjonijiet, u r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni korrispondenti, skont l-Artikoli 70(1) u 71(1);

(k) 

it-talbiet mill-Istati Membri dwar mezzi oħra ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali, u r-rakkomandazzjonijiet korrispondenti tal-Aġenzija skont l-Artikolu 71(3);

(l) 

in-notifiki mill-Aġenzija u d-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 76(4);

(m) 

informazzjoni li hija disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li għandha x'taqsam mal-attivitajiet minn inġenji tal-ajru involuti f'operazzjonijiet minbarra trasport kummerċjali bl-ajru;

(n) 

informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' ►C1  standards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , kif imsemmi fl-Artikolu 90(4);

(o) 

deċiżjonijiet tal-Istat Membri u tal-Kummissjoni li ġew notifikati skont l-Artikolu 62(5), inkluż informazzjoni dwar il-kompiti li qed jiġu eżerċitati b'mod konġunt;

(p) 

l-eżenzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 41(6) u d-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni;

(q) 

miżuri tal-Aġenzija dwar titjiriet fuq żoni ta' kunflitt applikati skont l-Artikolu 88(3);

(r) 

informazzjoni oħra li tista' tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament.

Artikolu 74 2.
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-eżaminaturi ajrumediċi u ċ-ċentri ajrumediċi għandhom ukoll iwettqu skambju ta' informazzjoni dwar l-istat mediku tal-bdoti permezz tar-repożitorju. Kwalunkwe informazzjoni ta' dan it-tip li tikkostitwixxi data personali, inkluż data dwar is-saħħa, għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġu żgurati ċertifikazzjoni u sorveljanza effettivi tal-bdoti f'konformità mal-Artikolu 21.
Artikolu 74 3.
Kwalunkwe data personali, inkluż data dwar is-saħħa, li tiġi inkluża fir-repożitorju għandha tinħażen għal perijodu ta' żmien li ma jkunx itwal minn dak li jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun inġabret id-data jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata ulterjorment.
Artikolu 74 4.
L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li s-suġġetti tad-data li tkun ġiet ipproċessa data personali dwarhom fir-repożitorju jiġu infurmati b'dan, ex ante.
Artikolu 74 5.
L-Istati Membri u l-Aġenzija jistgħu jirrestrinġu l-ambitu tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data għall-aċċess, il-korrezzjoni u t-tħassir ta' data personali inkluża fir-repożitorju skont kemm dan ikun strettament meħtieġ biex tiġi ssalvagwardata s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, f'konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 74 6.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u kwalunkwe awtorità kompetenti tal-Istati Membri li tkun fdata bl-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fl-avjazzjoni ċivili, għandu jkollhom aċċess online u sikur għall-informazzjoni kollha inkluża fir-repożitorju sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.

Fejn rilevanti, il-Kummissjoni u l-Aġenzija jistgħu jqassmu ċerta informazzjoni inkluża fir-repożitorju, għajr l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, lill-partijiet interessati jew iqiegħduha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

L-Aġenzija għandha, fi kwalunkwe każ, tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

kwalunkwe ċertifikat maħruġ u kwalunkwe dikjarazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 2(4);

(b) 

kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru nnotifikata lilha skont l-Artikolu 2(6) u (7).

(c) 

kwalunkwe deċiżjoni ta' Stat Membru nnotifikata lilha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(11).

Artikolu 74 7.
L-informazzjoni inkluża fir-repożitorju għandha tkun protetta minn kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat permezz ta' għodod u protokolli xierqa. L-aċċess u l-iżvelar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu ristretti għal persuni li jkunu responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-istat mediku tal-bdoti, għall-fini li jwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Jista' jingħata wkoll aċċess limitat għal din l-informazzjoni lil persuni awtorizzati oħra għall-fini li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tar-repożitorju, b'mod partikolari għall-manutenzjoni teknika tiegħu. Il-persuni awtorizzati li jkollhom aċċess għal informazzjoni li jkun fiha data personali għandhom jirċievu taħriġ minn qabel dwar il-leġislazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u s-salvagwardji relatati.
Artikolu 74 8.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli meħtieġa għall-funzjonament u l-ġestjoni tar-repożitorju u rekwiżiti dettaljati rigward:

(a) 

l-aspetti tekniċi tal-istabbiliment u l-manutenzjoni tar-repożitorju;

(b) 

il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi trasmessa mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-inklużjoni fir-repożitorju, inkluż il-forma u l-mod kif tiġi trasmessa tali informazzjoni;

(c) 

l-aġġornamenti regolari u standardizzati tal-informazzjoni inkluża fir-repożitorju;

(d) 

l-arranġamenti dettaljati għat-tqassim u l-pubblikazzjoni ta' ċerta informazzjoni inkluża fir-repożitorju f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu;

(e) 

il-klassifikazzjoni ta' informazzjoni li tikkonċerna l-istat mediku tal-bdoti li trid tiġi trasmessa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-eżaminaturi ajrumediċi u ċ-ċentri ajrumediċi, għall-inklużjoni fir-repożitorju, inkluż il-forma u l-mod kif tiġi trasmessa tali informazzjoni;

(f) 

l--arranġamenti dettaljati għall-protezzjoni tal-informazzjoni inkluża fir-repożitorju minn aċċess mhux awtorizzat, li jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni u li jipproteġu kwalunkwe data personali inkluża fir-repożitorju f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali, b'mod partikolari kontra l-qerda, it-telf, it-tibdil jew l-iżvelar aċċidentali jew illegali;

(g) 

il-perijodu massimu ta' ħżin permess fir-rigward tad-data personali inkluża fir-repożitorju, inkluż l-informazzjoni dwar l-istat mediku tal-bdoti li tikkostitwixxi data personali;

(h) 

il-kondizzjonijiet dettaljati li skonthom l-Istati Membri u l-Aġenzija jistgħu jirrestrinġu d-drittijiet tas-suġġetti tad-data, għall-aċċess, il-korrezzjoni u t-tħassir ta' data personali inkluża fir-repożitorju, għall-fini tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.