|
+Artikolu 77 1. |
Artikolu 77 1.Fir-rigward tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod, imsemmija fil-punti (a) u (b)(i) tal-Artikolu 2(1), l-Aġenzija għandha, meta jkun applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta' Chicago jew fl-Annessi tagħha, twettaq il-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tad-disinn, tal-manifattura jew tar-reġistrazzjoni f'isem l-Istati Membri, meta dawk il-funzjonijiet u l-kompiti jkunu relatati maċ-ċertifikazzjoni tad-disinn u mal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa. Għal dak l-għan, b'mod partikolari, l-Aġenzija għandha:
(a)
għal kull disinn ta' prodott u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod li għalih tkun saret applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 11 jew l-Artikolu 56(1) għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat ristrett tat-tip, bidla għaċ-ċertifikat tat-tip jew għaċ-ċertifikat ristrett tat-tip, inkluż ċertifikat tat-tip supplimentari, approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija jew approvazzjoni tal-idoneità operazzjonali, tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni u tinnotifikaha lill-applikant;
(b)
għal kull disinn ta' part jew ta' tagħmir mhux installat li għalih tkun saret applikazzjoni għal ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 12, 13 jew l-Artikolu 56(1) rispettivament, tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni u tinnotifikaha lill-applikant;
(c)
għal inġenju tal-ajru li għalih tkun saret applikazzjoni għal permess tat-titjir f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) jew l-Artikolu 56(1), toħroġ l-approvazzjoni għal kondizzjonijiet assoċjati tat-titjir relatati mad-disinn;
(d)
tistabbilixxi u tagħmel disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali li japplikaw għad-disinn ta' prodotti, parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod li jkunu soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 18(1) jew l-Artikolu 56(5);
(e)
tkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati tat-tip, iċ-ċertifikati ristretti tat-tip, iċ-ċertifikati tal-bidliet, inkluż iċ-ċertifikati tat-tip supplimentari, u l-approvazzjonijiet tad-disinni tat-tiswija u l-approvazzjonijiet ta' data dwar l-idoneità operazzjonali għad-disinn ta' prodotti f'konformità mal-Artikolu 11, il-punt (b) tal-Artikolu 18(1) jew l-Artikolu 56(1);
(f)
tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għad-disinn ta' parts, għal tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod skont l-Artikoli 12, 13 u 56(1);
(g)
toħroġ l-iskedi xierqa tad-data ambjentali dwar id-disinn tal-prodotti li tiċċertifika f'konformità mal-Artikolu 11 u 56(1);
(h)
tiżgura l-funzjonijiet ta' ajrunavigabbiltà kontinwa assoċjati mad-disinn ta' prodotti, id-disinn ta' parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod li tkun iċċertifikat u li fir-rigward tagħhom tkun qed twettaq sorveljanza, inkluż billi tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema ta' sikurezza jew ta' sigurtà u toħroġ u tqassam l-informazzjoni obbligatorja applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|