+Artikolu 77 Ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u ambjentali
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 2.
---+Artikolu 77 3.

Artikolu 77 Ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u ambjentali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 77 1.

Fir-rigward tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod, imsemmija fil-punti (a) u (b)(i) tal-Artikolu 2(1), l-Aġenzija għandha, meta jkun applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta' Chicago jew fl-Annessi tagħha, twettaq il-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tad-disinn, tal-manifattura jew tar-reġistrazzjoni f'isem l-Istati Membri, meta dawk il-funzjonijiet u l-kompiti jkunu relatati maċ-ċertifikazzjoni tad-disinn u mal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa. Għal dak l-għan, b'mod partikolari, l-Aġenzija għandha:

(a) 

għal kull disinn ta' prodott u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod li għalih tkun saret applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 11 jew l-Artikolu 56(1) għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat ristrett tat-tip, bidla għaċ-ċertifikat tat-tip jew għaċ-ċertifikat ristrett tat-tip, inkluż ċertifikat tat-tip supplimentari, approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija jew approvazzjoni tal-idoneità operazzjonali, tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni u tinnotifikaha lill-applikant;

(b) 

għal kull disinn ta' part jew ta' tagħmir mhux installat li għalih tkun saret applikazzjoni għal ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 12, 13 jew l-Artikolu 56(1) rispettivament, tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni u tinnotifikaha lill-applikant;

(c) 

għal inġenju tal-ajru li għalih tkun saret applikazzjoni għal permess tat-titjir f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) jew l-Artikolu 56(1), toħroġ l-approvazzjoni għal kondizzjonijiet assoċjati tat-titjir relatati mad-disinn;

(d) 

tistabbilixxi u tagħmel disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali li japplikaw għad-disinn ta' prodotti, parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod li jkunu soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 18(1) jew l-Artikolu 56(5);

(e) 

tkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati tat-tip, iċ-ċertifikati ristretti tat-tip, iċ-ċertifikati tal-bidliet, inkluż iċ-ċertifikati tat-tip supplimentari, u l-approvazzjonijiet tad-disinni tat-tiswija u l-approvazzjonijiet ta' data dwar l-idoneità operazzjonali għad-disinn ta' prodotti f'konformità mal-Artikolu 11, il-punt (b) tal-Artikolu 18(1) jew l-Artikolu 56(1);

(f) 

tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għad-disinn ta' parts, għal tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod skont l-Artikoli 12, 13 u 56(1);

(g) 

toħroġ l-iskedi xierqa tad-data ambjentali dwar id-disinn tal-prodotti li tiċċertifika f'konformità mal-Artikolu 11 u 56(1);

(h) 

tiżgura l-funzjonijiet ta' ajrunavigabbiltà kontinwa assoċjati mad-disinn ta' prodotti, id-disinn ta' parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod li tkun iċċertifikat u li fir-rigward tagħhom tkun qed twettaq sorveljanza, inkluż billi tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema ta' sikurezza jew ta' sigurtà u toħroġ u tqassam l-informazzjoni obbligatorja applikabbli.

Artikolu 77 2.

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 62(2) rigward:

(a) 

l-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għad-disinn ta' prodotti, parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod u d-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom, f'konformità mal-Artikolu 15(1), il-punt (g) tal-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 56(1) u (5);

(b) 

l-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta' prodotti, parts, tagħmir mhux installat, u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod u d-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom u mill-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tal-persunal responsabbli għar-rilaxx tal-prodott, part, tagħmir mhux installat jew tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod f'konformità mal-Artikolu 15, il-punt (g) tal-Artikolu 19(1) u u l-Artikolu 56(1) u (5), meta dawk l-organizzazzjonijiet ikollhom is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.

Artikolu 77 3.
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti relatati mas-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet li jkunu saru mill-organizzazzjonijiet, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 56(5) u li jirrigwardaw il-konformità ta' disinn ta' prodott, part, tagħmir mhux installat jew tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod ma' speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.