+Artikolu 78 Ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-ajru
---+Artikolu 78 1.
---+Artikolu 78 2.

Artikolu 78 Ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-ajru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 78 1.
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward tal-approvazzjonijiet mill-organizzazzjonijiet għat-taħriġ tal-bdoti, l-organizzazzjonijiet għat-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-kabina u ċ-ċentri ajrumediċi msemmija fl-Artikolu 24 u l-Artikolu 56(1) u (5), u tad-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom, meta dawk l-organizzazzjonijiet u ċ-ċentri jkollhom is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.
Artikolu 78 2.

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet għall-apparati ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir f'konformità mal-Artikolu 25 u l-Artikolu 56(1) u (5) f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

l-apparat jitħaddem minn organizzazzjoni li jkollha s-sede prinċipali tan-negozju tagħha barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago;

(b) 

l-apparat ikun jinsab barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.