Artikolu 81
Ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 51, meta dawk l-organizzazzjonijiet ikollhom is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago u, fejn rilevanti, għall-persunal tagħhom.