|
+Artikolu 80 1. |
Artikolu 80 1.L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 62(2) fir-rigward ta':
(a)
iċ-ċertifikati għall-fornituri tal-ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 41, meta is-sede prinċipali tan-negozju ta' dawk il-fornituri tkun tinsab barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago u dawk il-fornituri jkunu responsabbli għall-forniment tal-ATM/ANS fl-ispazju tal-ajru fuq it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;
(b)
iċ-ċertifikati għall-fornituri ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 41, meta dawk il-fornituri jipprovdu ATM/ANS pan-Ewropew;
(c)
iċ-ċertifikati għall- organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42 u tad-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom, meta dawk l-organizzazzjonijiet jkunu involuti fid-disinn, fil-produzzjoni jew fil-manutenzjoni tas-sistemi u l-kostitwenti tal- ATM/ANS inkluż meta jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), użata fil-forniment tas-servizzi msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu.
(d)
id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru mill-fornituri tal-ATM/ANS li l-Aġenzija tkun ħarġitilhom ċertifikat f'konformità mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, fir-rigward tas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li jitħaddmu minn dawk il-fornituri f'konformità mal-Artikolu 45(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|