+Artikolu 80 ATM/ANS
---+Artikolu 80 1.
---+Artikolu 80 2.

Artikolu 80 ATM/ANS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 80 1.

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 62(2) fir-rigward ta':

(a) 

iċ-ċertifikati għall-fornituri tal-ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 41, meta is-sede prinċipali tan-negozju ta' dawk il-fornituri tkun tinsab barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago u dawk il-fornituri jkunu responsabbli għall-forniment tal-ATM/ANS fl-ispazju tal-ajru fuq it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;

(b) 

iċ-ċertifikati għall-fornituri ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 41, meta dawk il-fornituri jipprovdu ATM/ANS pan-Ewropew;

(c) 

iċ-ċertifikati għall- organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42 u tad-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom, meta dawk l-organizzazzjonijiet jkunu involuti fid-disinn, fil-produzzjoni jew fil-manutenzjoni tas-sistemi u l-kostitwenti tal- ATM/ANS inkluż meta jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), użata fil-forniment tas-servizzi msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu.

(d) 

id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru mill-fornituri tal-ATM/ANS li l-Aġenzija tkun ħarġitilhom ċertifikat f'konformità mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, fir-rigward tas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li jitħaddmu minn dawk il-fornituri f'konformità mal-Artikolu 45(1).

Artikolu 80 2.

Fir-rigward tas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 45, inkluż fejn jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-SESAR, l-Aġenzija għandha, fejn l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 hekk jipprovdu:

(a) 

tistabbilixxi u tinnotifika lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati għas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS, li huma soġġetti għal ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45(2);

(b) 

tistabbilixxi u tagħmel disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati għas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li huma soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45(2);

(c) 

tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għal sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS u d-dikjarazzjonijiet magħmula fir-rigward tagħhom f'konformità mal-Artikolu 45(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.