Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw b'rabta ma' kwistjonijiet ambjentali, inkluż dawk indirizzati fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
) u fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-interdipendenzi bejn il-klima u l-protezzjoni ambjentali, is-saħħa tal-bnedmin u oqsma tekniċi oħra tal-avjazzjoni ċivili jiġu kkunsidrati, filwaqt li jqisu kif dovut
►C1
l-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali
◄ , il-benefiċċji ambjentali, il-fattibilità teknoloġika u l-impatt ekonomiku.