+Artikolu 87 Protezzjoni ambjentali
---+Artikolu 87 1.
---+Artikolu 87 2.
---+Artikolu 87 3.
---+Artikolu 87 4.

Artikolu 87 Protezzjoni ambjentali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 87 1.
Il-miżuri meħuda mill-Aġenzija fir-rigward tal-emissjonijiet u l-istorbju, għall-fini taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn tal-prodotti f'konformità mal-Artikolu 11, għandu jkollhom l-għan li jipprevjenu effetti negattivi sinifikanti fuq il-klima, l-ambjent u s-saħħa tal-bnedmin ikkawżati mill-prodotti kkonċernati tal-avjazzjoni ċivili, filwaqt li jqisu kif dovut ►C1  l-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , il-benefiċċji ambjentali, il-fattibilità teknoloġika u l-impatt ekonomiku.
Artikolu 87 2.
Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw b'rabta ma' kwistjonijiet ambjentali, inkluż dawk indirizzati fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-interdipendenzi bejn il-klima u l-protezzjoni ambjentali, is-saħħa tal-bnedmin u oqsma tekniċi oħra tal-avjazzjoni ċivili jiġu kkunsidrati, filwaqt li jqisu kif dovut ►C1  l-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , il-benefiċċji ambjentali, il-fattibilità teknoloġika u l-impatt ekonomiku.
Artikolu 87 3.
L-Aġenzija għandha, fejn ikollha l-kompetenza esperta rilevanti, tassisti lill-Kummissjoni fid-definizzjoni u fil-koordinazzjoni ta' politiki u azzjonijiet dwar il-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni ċivili, b'mod partikolari billi twettaq studji u simulazzjonijiet u tipprovdi pariri tekniċi filwaqt li tqis l-interdipendenzi bejn il-klima u l-protezzjoni ambjentali, is-saħħa tal-bnedmin u oqsma tekniċi oħra tal-avjazzjoni ċivili.
Artikolu 87 4.
Sabiex tinforma lill-partijiet interessati u lill-pubbliku ġenerali, l-Aġenzija għandha, mill-inqas kull tliet snin, tippubblika rieżami ambjentali, li għandu jagħti rendikont oġġettiv dwar l-istat tal-protezzjoni ambjentali fir-rigward tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni.

Fit-tħejjija ta' dak ir-rieżami, l-Aġenzija għandha tibbaża ruħha primarjament fuq informazzjoni diġà disponibbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, kif ukoll informazzjoni disponibbli pubblikament.

L-Aġenzija għandha tassoċja ruħha mal-Istati Membri u tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u l-organizzazzjonijiet rilevanti fl-iżvilupp ta' dak ir-rieżami.

Dak ir-rieżami għandu jkollu wkoll rakkomandazzjonijiet bil-għan li jtejbu l-livell ta' protezzjoni ambjentali fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.