|
+Artikolu 88 3. |
Artikolu 88 3.Biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza mhux skont il-liġi fejn ikun hemm interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, l-Aġenzija għandha, fejn meħtieġ, tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema urġenti li tkun ta' interess komuni għall-Istati Membri u li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi:
(a)
tieħu miżuri skont il-punt (h) tal-Artikolu 77(1) biex tindirizza dgħufijiet fid-disinn tal-inġenji tal-ajru;
(b)
tirrakkomanda azzjonijiet korrettivi li jridu jieħdu l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew il-persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għal dan ir-Regolament, u/jew tqassam l-informazzjoni rilevanti lil dawk l-awtoritajiet u l-persuni, fil-każ li l-problema taffettwa l-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru, inkluż ir-riskji għall-avjazzjoni ċivili li jkunu ġejjin minn żoni ta' konflitt. Qabel ma tieħu l-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Aġenzija għandha tikseb il-kunsens tal-Kummissjoni u tikkonsulta lill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tibbaża dawk il-miżuri, fejn ikun possibbli, fuq valutazzjonijiet tar-riskju komuni tal-Unjoni u tqis il-ħtieġa għal reazzjoni rapida f'każijiet ta' emerġenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|