+Artikolu 88 Interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili
---+Artikolu 88 1.
---+Artikolu 88 2.
---+Artikolu 88 3.
|
Artikolu 88 Interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 88 1.
|
Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw b'rabta ma' kwistjonijiet ta' sigurtà relatati mal-avjazzjoni ċivili, inkluż iċ-ċibersigurtà, fejn ikun hemm interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili.
|
|
Artikolu 88 2.
|
Fejn ikun hemm interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, fuq talba, l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni, fejn l-Aġenzija jkollha l-kompetenza esperta rilevanti fil-qasam tas-sikurezza, fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
) u dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-leġislazzjoni tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 88 3.
|
Biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza mhux skont il-liġi fejn ikun hemm interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, l-Aġenzija għandha, fejn meħtieġ, tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema urġenti li tkun ta' interess komuni għall-Istati Membri u li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi:
(a)
tieħu miżuri skont il-punt (h) tal-Artikolu 77(1) biex tindirizza dgħufijiet fid-disinn tal-inġenji tal-ajru;
(b)
tirrakkomanda azzjonijiet korrettivi li jridu jieħdu l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew il-persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għal dan ir-Regolament, u/jew tqassam l-informazzjoni rilevanti lil dawk l-awtoritajiet u l-persuni, fil-każ li l-problema taffettwa l-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru, inkluż ir-riskji għall-avjazzjoni ċivili li jkunu ġejjin minn żoni ta' konflitt.
Qabel ma tieħu l-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Aġenzija għandha tikseb il-kunsens tal-Kummissjoni u tikkonsulta lill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tibbaża dawk il-miżuri, fejn ikun possibbli, fuq valutazzjonijiet tar-riskju komuni tal-Unjoni u tqis il-ħtieġa għal reazzjoni rapida f'każijiet ta' emerġenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|