|
+Artikolu 98 2. |
Artikolu 98 2.Il-Bord ta' Tmexxija għandu:
(a)
jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, meta jkun rilevanti, jestendi jew itemm il-mandat tiegħu f'konformità mal-Artikolu 103;
(b)
jadotta rapport annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena. Ir-rapport annwali kkonsolidat dwar l-attività għandu jkun disponibbli għall-pubbliku;
(c)
jadotta, kull sena, id-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati li jivvotaw u f'konformità mal-Artikolu 117;
(d)
jadotta l-baġit annwali tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati li jivvotaw u f'konformità mal-Artikolu 120(11);
(e)
jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikoli 115 u 116;
(f)
iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikoli 120, 121 u 125;
(g)
jaħtar il-membri tal-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 106;
(h)
jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv;
(i)
jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-regoli relatati mat-tariffi u mal-imposti kif imsemmi fl-Artikolu 126;
(j)
jaddotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu;
(k)
jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi għall-Aġenzija;
(l)
jieħu deċiżjonijiet dwar it-twaqqif tal-istrutturi interni tal-Aġenzija fil-livell tad-diretturi u, meta jkun neċessarju, dwar il-modifiki tagħhom;
(m)
f'konformità mal-paragrafu 6, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat konferiti mir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra lill-Awtorità li jkollha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta' Impieg (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);
(n)
jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa sabiex ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra jsiru effettivi f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;
(o)
jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta' konflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-membri tal-Bord tal-Appell;
(p)
jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”) ( 12 );
(q)
jadotta r-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 125;
(r)
jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu;
(s)
jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata għar-riskji ta' frodi, b'kont meħud tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;
(t)
jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5;
(u)
jadotta l-Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni f'konformità mal-Artikolu 6;
(v)
jieħu deċiżjonijiet debitament motivati fir-rigward tat-tneħħija tal-immunità f'konformità mal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TEU u mat-TFUE;
(w)
jistabbilixxi proċeduri għal kooperazzjoni espedjenti tal-Aġenzija mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u (UE) Nru 376/2014. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|