+Artikolu 98 Il-Funzjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija
---+Artikolu 98 1.
---+Artikolu 98 2.
---+Artikolu 98 3.
---+Artikolu 98 4.
---+Artikolu 98 5.
---+Artikolu 98 6.

Artikolu 98 Il-Funzjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 98 1.
L-Aġenzija għandu jkollha Bord ta' Tmexxija.
Artikolu 98 2.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu:

(a) 

jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, meta jkun rilevanti, jestendi jew itemm il-mandat tiegħu f'konformità mal-Artikolu 103;

(b) 

jadotta rapport annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena. Ir-rapport annwali kkonsolidat dwar l-attività għandu jkun disponibbli għall-pubbliku;

(c) 

jadotta, kull sena, id-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati li jivvotaw u f'konformità mal-Artikolu 117;

(d) 

jadotta l-baġit annwali tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati li jivvotaw u f'konformità mal-Artikolu 120(11);

(e) 

jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikoli 115 u 116;

(f) 

iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikoli 120, 121 u 125;

(g) 

jaħtar il-membri tal-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 106;

(h) 

jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv;

(i) 

jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-regoli relatati mat-tariffi u mal-imposti kif imsemmi fl-Artikolu 126;

(j) 

jaddotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

(k) 

jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi għall-Aġenzija;

(l) 

jieħu deċiżjonijiet dwar it-twaqqif tal-istrutturi interni tal-Aġenzija fil-livell tad-diretturi u, meta jkun neċessarju, dwar il-modifiki tagħhom;

(m) 

f'konformità mal-paragrafu 6, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat konferiti mir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra lill-Awtorità li jkollha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta' Impieg (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

(n) 

jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa sabiex ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra jsiru effettivi f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(o) 

jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta' konflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-membri tal-Bord tal-Appell;

(p) 

jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”) ( 12 );

(q) 

jadotta r-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 125;

(r) 

jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu;

(s) 

jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata għar-riskji ta' frodi, b'kont meħud tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(t) 

jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5;

(u) 

jadotta l-Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni f'konformità mal-Artikolu 6;

(v) 

jieħu deċiżjonijiet debitament motivati fir-rigward tat-tneħħija tal-immunità f'konformità mal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TEU u mat-TFUE;

(w) 

jistabbilixxi proċeduri għal kooperazzjoni espedjenti tal-Aġenzija mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u (UE) Nru 376/2014.

Artikolu 98 3.
Il-Bord ta' Tmexxija jista' jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata ma' oqsma koperti minn dan ir-Regolament.
Artikolu 98 4.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi korp konsultattiv li jkun jirrappreżenta l-firxa sħiħa ta' partijiet interessati affettwati mill-ħidma tal-Aġenzija, li għandu jikkonsulta qabel ma jieħu deċiżjonijiet fl-oqsma msemmija fil-punti (c), (e), (f) u (i) tal-paragrafu 2. Il-Bord ta' Tmexxija jista' wkoll jiddeċiedi li jikkonsulta lill-korp konsultattiv dwar kwistjonijiet oħra msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-Bord ta' Tmexxija fl-ebda każ ma għandu jkun marbut bl-opinjoni tal-korp konsultattiv.
Artikolu 98 5.
Il-Bord ta' Tmexxija jista' jistabbilixxi korpi ta' ħidma sabiex jgħinuh fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet tiegħu u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 98 6.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u abbażi tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, filwaqt li jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u filwaqt li jiddefinixxi l-kondizzjonijiet li skonthom dik id-delega ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

Fejn meħtieġ minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord ta' Tmexxija jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil xi membru tal-persunal li ma jkunx id-Direttur Eżekuttiv.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.