+Artikolu 103 Direttur Eżekuttiv
---+Artikolu 103 1.
---+Artikolu 103 2.
---+Artikolu 103 3.
---+Artikolu 103 4.
---+Artikolu 103 5.
---+Artikolu 103 6.
---+Artikolu 103 7.
---+Artikolu 103 8.

Artikolu 103 Direttur Eżekuttiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 103 1.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi impjegat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra.
Artikolu 103 2.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija abbażi ta' mertu u ta' kompetenza u esperjenza dokumentati rilevanti għall-avjazzjoni ċivili, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Għall-fini tal-konklużjoni tal-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord ta' Tmexxija.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 103 3.
Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perijodu il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija. F'nofs il-perijodu, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu dwar il-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 103 4.
Il-Bord ta' Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux iktar minn ħames snin. Qabel ma jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord ta' Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew li biħsiebu jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb għal mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.
Artikolu 103 5.
Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu ikun ġie estiż, ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fi tmiem il-perijodu sħiħ.
Artikolu 103 6.
Id-Direttur Eżekuttiv ma jistax jitneħħa mill-kariga ħlief b'deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.
Artikolu 103 7.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu li għandhom id-dritt tal-vot.
Artikolu 103 8.
Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi assistit minn Direttur wieħed jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, wieħed mid-Diretturi għandu jeħodlu postu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.