Artikolu 110
L-appell, flimkien ma' dikjarazzjoni sostanzjata tal-motivazzjoni tiegħu, għandhom jitressqu bil-miktub lis-segretarjat tal-Bord tal-Appell fi żmien xahrejn min-notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, jekk tkun assenti, mill-jum li fih saret taf biha din tal-aħħar, skont xi jkun il-każ.