+Artikolu 106 Membri tal-Bord tal-Appell
---+Artikolu 106 1.
---+Artikolu 106 2.
---+Artikolu 106 3.
---+Artikolu 106 4.
---+Artikolu 106 5.
---+Artikolu 106 6.
|
Artikolu 106 Membri tal-Bord tal-Appell
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 106 1.
|
Il-membri u l-membri supplenti tagħhom għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati kwalifikati stabbilita mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 106 2.
|
Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell, inkluż il-President u kwalunkwe membru supplenti, għandu jkun ta' ħames snin u għandu jkun jista' jiġi estiż għal ħames snin oħra.
|
|
Artikolu 106 3.
|
Il-Membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom dawn la għandhom ifittxu u lanqas ma għandhom jieħdu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.
|
|
Artikolu 106 4.
|
Il-membri tal-Bord tal-Appell ma għandhomx iwettqu dmirijiet oħra fl-Aġenzija. Il-membri tal-Bord tal-Appell jistgħu jaħdmu fuq bażi part-time.
|
|
Artikolu 106 5.
|
Il-membri tal-Bord tal-Appell ma għandhomx jitneħħew mill-kariga jew mil-lista ta' kandidati kwalifikati matul il-mandat tagħhom, dment li ma jkunx hemm bażi serja biex jitneħħew u l-Kummissjoni, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija, tkun ħadet deċiżjoni dwar dan.
|
|
Artikolu 106 6.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 128 biex tiddetermina l-kwalifiki meħtieġa għall-membri tal-Bord tal-Appell, l-istatus u r-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-Aġenzija, is-setgħat tal-membri individwali fil-fażi ta' tħejjija tad-deċiżjonijiet u r-regoli u l-proċeduri tal-votazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|