|
+Artikolu 116 1. |
Artikolu 116 1.Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet individwali kif previst fl-Artikolu 76(4). Dawk il-proċeduri għandhom, b'mod partikolari:
(a)
jiżguraw li l-persuna fiżika jew ġuridika li trid tiġi indirizzata fid-deċiżjoni tinstema' u li tinstema' kwalunkwe parti oħra li tkun affettwata direttament u individwalment;
(b)
jipprevedu n-notifika tad-deċiżjoni lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-pubblikazzjoni tan-notifika, soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 123 u 132(2);
(c)
jipprevedu li l-persuna fiżika jew ġuridika li lilha tkun indirizzata d-deċiżjoni, u kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti, ikunu informati dwar ir-rimedji ġuridiċi li jkollhom disponibbli skont dan ir-Regolament;
(d)
jiżguraw li d-deċiżjoni jkun fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|