+Artikolu 119 Trasparenza u komunikazzjoni
---+Artikolu 119 1.
---+Artikolu 119 2.
---+Artikolu 119 3.
---+Artikolu 119 4.
---+Artikolu 119 5.
---+Artikolu 119 6.
|
Artikolu 119 Trasparenza u komunikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 119 1.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-aċċess għad-data u l-informazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikoli 72(5) u 74(8) ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 119 2.
|
L-Aġenzija tista' tkun involuta f'attivitajiet ta' komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fl-oqsma ta' kompetenza tagħha. B'mod partikolari, għandha tiżgura li, minbarra l-pubblikazzjoni speċifikata fl-Artikolu 115(3), il-pubbliku ġenerali u kwalunkwe parti interessata jingħataw mingħajr dewmien informazzjoni oġġettiva, affidabbli u li tinftiehem faċilment, dwar il-ħidma tagħha. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-allokazzjoni tar-riżorsi tagħha għal attivitajiet ta' komunikazzjoni ma tkunx ta' detriment għall-eżerċizzju effettiv tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 75.
|
|
Artikolu 119 3.
|
L-Aġenzija għandha tittraduċi l-materjal dwar il-promozzjoni tas-sikurezza fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, fejn xieraq.
|
|
Artikolu 119 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jassistu lill-Aġenzija billi jikkomunikaw b'mod effettiv l-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom.
|
|
Artikolu 119 5.
|
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata li tindirizza bil-miktub lill-Aġenzija bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u għandu jkollha d-dritt tirċievi tweġiba bl-istess lingwa.
|
|
Artikolu 119 6.
|
Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|