+Artikolu 120 Baġit
---+Artikolu 120 1.
---+Artikolu 120 2.
---+Artikolu 120 3.
---+Artikolu 120 4.
---+Artikolu 120 5.
---+Artikolu 120 6.
---+Artikolu 120 7.
---+Artikolu 120 8.
---+Artikolu 120 9.
---+Artikolu 120 10.
---+Artikolu 120 11.
---+Artikolu 120 12.

Artikolu 120 Baġit

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 120 1.

Mingħajr preġudizzju għal dħul ieħor, id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi:

(a) 

kontribuzzjoni mill-Unjoni;

(b) 

kontribuzzjoni minn kwalunkwe pajjiż terz Ewropew li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehimiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 129;

(c) 

it-tariffi mħallsa mill-applikanti għaċ-ċertifikati li jinħarġu mill-Aġenzija, u mid-detenturi tagħhom, kif ukoll minn persuni li rreġistraw dikjarazzjonijiet mal-Aġenzija;

(d) 

imposti għall-pubblikazzjonijiet, għat-taħriġ u għal servizzi oħra pprovduti u għall-ipproċessar tal-appelli mill-Aġenzija;

(e) 

kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri, minn pajjiżi terzi jew minn entitajiet oħra, dment li tali kontribuzzjoni ma tikkompromettix l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija;

(f) 

għotjiet.

Artikolu 120 2.
L-infiq tal-Aġenzija għandu jinkludi l-infiq għall-persunal, għall-amministrazzjoni, għall-infrastruttura u għall-operazzjoni. Fir-rigward tal-infiq operazzjonali, fejn meħtieġ, l-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f'pagamenti annwali, fejn ikun meħtieġ.
Artikolu 120 3.
Id-dħul u l-infiq għandhom ikunu bilanċjati.
Artikolu 120 4.
Il-baġits regolatorji, it-tariffi stabbiliti u miġbura għall-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u l-imposti mill-Aġenzija għandhom jiġu ttrattati b'mod separat fil-kontijiet tal-Aġenzija.
Artikolu 120 5.
L-aġenzija għandha, matul is-sena finanzjarja, tadatta l-ippjanar tal-persunal u l-ġestjoni tal-attivitajiet iffinanzjati minn riżorsi relatati mat-tariffi u l-imposti b'mod li jippermettilha tirrispondi malajr għall-ammont ta' xogħol u l-varjazzjonijiet ta' dak id-dħul.
Artikolu 120 6.
Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' rendikont tal-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż abbozz ta' pjan ta' stabbiliment u jibagħtu lill-Bord ta' Tmexxija flimkien ma' materjal ta' spjegazzjoni dwar is-sitwazzjoni baġitarja. Fir-rigward tal-karigi ffinanzjati mit-tariffi u l-imposti, dak l-abbozz ta' pjan ta' stabbiliment għandu jkun ibbażat fuq sett limitat ta' indikaturi approvati mill-Kummissjoni sabiex jitkejlu l-ammont ta' xogħol u l-effiċjenza tal-Aġenzija, u għandu jistabbilixxi r-riżorsi meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti t-talbiet għaċ-ċertifikazzjoni u attivitajiet oħra tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u f'waqtu, inkluż dawk li jirriżultaw minn riallokazzjonijiet ta' responsabbiltà f'konformità mal-Artikoli 64 u 65.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu, abbażi ta' dak l-abbozz, jadotta abbozz proviżorju tal-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara. L-abbozz proviżorju tal-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena.

Artikolu 120 7.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jibgħat l-abbozz finali tal-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija, li għandu jinkludi l-abbozz tal-pjan ta' stabbiliment flimkien mal-programm ta' ħidma proviżorju, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi Ewropej li magħhom l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehimiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 129.
Artikolu 120 8.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rendikont tal-istimi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 120 9.
Abbażi tar-rendikont tal-istimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-istimi li tqis li jkunu meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni li trid tittieħed mill-baġit ġenerali, li għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 313 u 314 TFUE.
Artikolu 120 10.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija u għandhom jadottaw il-pjan ta' stabbiliment tal-Aġenzija, filwaqt li jqisu l-indikaturi relatati mal-ammont ta' xogħol u l-effiċjenza tal-Aġenzija msemmija fil-paragrafu 6.
Artikolu 120 11.
Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun xieraq, dan għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.
Artikolu 120 12.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu, malajr kemm jista' jkun, jinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jkun relatat ma' proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta' binjiet, u għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Għal kwalunkwe proġett ta' bini li x'aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija, għandu japplika r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 ( 13 ).

Fejn il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikun innotifika l-intenzjoni tiegħu li jagħti opinjoni, dan għandu jibgħat l-opinjoni tiegħu lill-Bord ta' Tmexxija fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.