+Artikolu 122 Ġlieda kontra l-frodi
---+Artikolu 122 1.
---+Artikolu 122 2.
---+Artikolu 122 3.
---+Artikolu 122 4.
---+Artikolu 122 5.
|
Artikolu 122 Ġlieda kontra l-frodi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 122 1.
|
Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
) għandu japplika mingħajr restrizzjoni.
|
|
Artikolu 122 2.
|
L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (
16
) fi żmien sitt xhur mill-11 ta' Settembru 2018 u għandha tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal tagħha billi tuża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.
|
|
Artikolu 122 3.
|
Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u ta' spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.
|
|
Artikolu 122 4.
|
L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (
17
), bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija.
|
|
Artikolu 122 5.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 4, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet tal-għotjiet tal-Aġenzija għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|