+Artikolu 126 Tariffi u imposti
---+Artikolu 126 1.
---+Artikolu 126 2.
---+Artikolu 126 3.
---+Artikolu 126 4.
|
Artikolu 126 Tariffi u imposti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 126 1.
|
Għandhom jiġu applikati tariffi u imposti:
(a)
għall-ħruġ u għat-tiġdid taċ-ċertifikati u għar-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament, kif ukoll għall-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha fir-rigward tal-attivitajiet li dawk iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet ikunu relatati magħhom;
(b)
għall-pubblikazzjoni, it-taħriġ u l-għoti ta' kwalunkwe servizz ieħor mill-Aġenzija, li għandu jirrifletti l-ispiża reali ta' kull servizz individwali li jiġi pprovdut;
(c)
għall-ipproċessar tal-appelli.
It-tariffi u l-imposti kollha għandhom ikunu espressi, u għandhom jitħallsu, f'euro.
|
|
Artikolu 126 2.
|
L-ammont tat-tariffi u l-imposti għandu jiġi stabbilit f'tali livell li jiżgura li d-dħul fir-rigward tagħhom ikun ikopri l-ispiża kollha tal-attivitajiet relatati mas-servizzi li jingħataw, u li jevita l-akkumulazzjoni sinifikanti ta' eċċess. L-infiq kollu tal-Aġenzija attribwit lill-persunal involut fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni pro rata ta' min iħaddem għall-iskema tal-pensjonijiet, għandu jkun rifless f'dik l-ispiża. It-tariffi u l-imposti għandhom ikunu dħul assenjat lill-Aġenzija għall-attivitajiet relatati mas-servizzi li għalihom ikunu dovuti tariffi u imposti.
|
|
Artikolu 126 3.
|
Il-bilanċi pożittivi tal-baġit iġġenerati mit-tariffi u l-imposti għandhom jiffinanzjaw l-attivitajiet futuri relatati mat-tariffi u l-imposti jew jikkumpensaw għat-telf. Meta riżultat baġitarju sinifikanti pożittiv jew negattiv isir rikorrenti, il-livell tat-tariffi u tal-imposti għandu jiġi rivedut.
|
|
Artikolu 126 4.
|
Wara konsultazzjoni mal-Aġenzija f'konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 98(2), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimnetazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati relatati mat-tariffi u l-imposti applikati mill-Aġenzija, li jispeċifikaw b'mod partikolari l-kwistjonijiet li għalihom ikunu dovuti t-tariffi u l-imposti skont il-punt (c) u (d) tal-Artikolu 120(1), u l-ammont tat-tariffi u l-imposti u l-mod li bih jitħallsu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|