+Artikolu 135 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 996/2010
---+Artikolu 135 1.
---+Artikolu 135 2.
---+Artikolu 135 3.
---+Artikolu 135 4.
---+Artikolu 135 5.
---+Artikolu 135 6.
|
Artikolu 135 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 996/2010
L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 hu sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Obbligu ta' investigazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 135 1.
|
Kull aċċident jew inċident serju li jinvolvi inġenju tal-ajru li għalih japplika r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*2
) għandu jkun is-suġġett ta' investigazzjoni tas-sikurezza fl-Istat Membru li fih ikun seħħ l-aċċident jew l-inċident serju.
|
|
Artikolu 135 2.
|
Meta inġenju tal-ajru li għalih ikun japplika r-Regolament (UE) 2018/1139 u li jkun irreġistrat fi Stat Membru jkun involut f'aċċident jew f'inċident serju u ma jkunx jista' jiġi stabbilit b'mod definittiv li l-post fejn ikun seħħ ikun fit-territorju ta' xi Stat, l-awtorità għall-investigazzjoni tas-sikurezza tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha twettaq investigazzjoni tas-sikurezza.
|
|
Artikolu 135 3.
|
Il-firxa tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 u l-proċedura li trid tiġi segwita sabiex isiru tali investigazzjonijiet tas-sikurezza għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità għall-investigazzjoni tas-sikurezza, b'kont meħud tal-konsegwenzi tal-aċċident jew tal-inċident serju u t-tagħlimiet li tkun mistennija tieħu minn dawn l-investigazzjonijiet għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni.
|
|
Artikolu 135 4.
|
L-awtoritajiet għall-investigazzjoni tas-sikurezza jistgħu jiddeċiedu li jinvestigaw inċidenti oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, kif ukoll aċċidenti jew inċidenti serji ta' tipi oħra ta' inġenji tal-ajru, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, meta jkunu qed jistennew li jieħdu tagħlimiet ta' sikurezza minnhom.
|
|
Artikolu 135 5.
|
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità responsabbli għall-investigazzjoni tas-sikurezza, filwaqt li tqis it-tagħlimiet li tkun qed tistenna li tieħu għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni, tista' tiddeċiedi li ma tibdix investigazzjoni tas-sikurezza meta aċċident jew inċident serju jkun jikkonċerna inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalih ma jkunux meħtieġa ċertifikat jew dikjarazzjoni skont l-Artikolu 56(1) u (5) tar-Regolament (UE) 2018/1139, jew ikun jikkonċerna inġenju tal-ajru bi bdot abbord b'massa massima waqt it-tlugħ li tkun inqas minn jew ekwivalenti għal 2 250 kg, u li fih l-ebda persuna ma tkun indarbet b'mod fatali jew serju.
|
|
Artikolu 135 6.
|
L-investigazzjonijiet tas-sikurezza msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 fl-ebda każ ma għandhom ikunu kkonċernati bl-attribuzzjoni tat-tort jew tar-responsabbiltà. Dawn għandhom ikunu indipendenti u separati minn kwalunkwe proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv u mingħajr preġudizzju għalihom biex jattribwixxu t-tort jew ir-responsabbiltà.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|