+KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 127 Proċedura tal-kumitat
------+Artikolu 127 1.
------+Artikolu 127 2.
------+Artikolu 127 3.
------+Artikolu 127 4.
---+Artikolu 128 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 128 1.
------+Artikolu 128 2.
------+Artikolu 128 3.
------+Artikolu 128 4.
------+Artikolu 128 5.
------+Artikolu 128 6.
---+Artikolu 129 Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej
---+Artikolu 130 Il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kondizzjonijiet tal-operat
------+Artikolu 130 1.
------+Artikolu 130 2.
---+Artikolu 131 Penali
---+Artikolu 132 Proċessar ta' data personali
------+Artikolu 132 1.
------+Artikolu 132 2.
---+Artikolu 133 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005
------+Article 133 ‘1.
------+Artikolu 133 2.
------+Artikolu 133 3.
---+Artikolu 134 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008
---+Artikolu 135 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 996/2010
------+Artikolu 135 1.
------+Artikolu 135 2.
------+Artikolu 135 3.
------+Artikolu 135 4.
------+Artikolu 135 5.
------+Artikolu 135 6.
---+Artikolu 136 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 376/2014
---+Artikolu 137 Emendi għad-Direttiva 2014/30/UE
---+Artikolu 138 Emendi għad-Direttiva 2014/53/UE
---+Artikolu 139 Tħassir
------+Artikolu 139 1.
------+Artikolu 139 2.
------+Artikolu 139 3.
------+Artikolu 139 4.
---+Artikolu 140 Dispożizzjonijiet tranżitorji
------+Artikolu 140 1.
------+Artikolu 140 2.
------+Artikolu 140 3.
------+Artikolu 140 4.
------+Artikolu 140 5.
------+Artikolu 140 6.
---+Artikolu 141 Dħul fis-seħħ
|
KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET FINALI
KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET FINALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 127 Proċedura tal-kumitat
|
|
|
Artikolu 128 Eżerċizzju tad-delega
|
|
|
Artikolu 129 Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej
|
Artikolu 129
Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej
L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej li jkunu partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago u li jkunu daħlu fi ftehimiet internazzjonali mal-Unjoni li skonthom huma adottaw il-liġi tal-Unjoni u qed japplikawha fl-oqsma koperti b'dan ir-Regolament.
Dawk il-ftehimiet internazzjonali jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura u l-firxa tal-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz Ewropew ikkonċernat fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. L-Aġenzija tista', f'konformità mal-Artikolu 90(2), tistabbilixxi arranġamenti ta' ħidma mal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz Ewropew ikkonċernat sabiex dawk id-dispożizzjonijiet isiru effettivi.
|
|
Artikolu 130 Il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kondizzjonijiet tal-operat
|
|
|
Artikolu 131 Penali
|
Artikolu 131
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 132 Proċessar ta' data personali
|
|
|
Artikolu 133 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005
|
Fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-paragrafi 1 sa 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
|
Artikolu 134 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008
|
Artikolu 134
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 huwa emendat kif ġej:
1.
fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) ikollha ĊOA validu maħruġ f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*1
) jew minn awtorità nazzjonali ta' Stat Membru, jew minn diversi awtoritajiet nazzjonali ta' Stati Membri li jaġixxu b'mod konġunt f'konformità mal-Artikolu 62(5) ta' dak ir-Regolament jew mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.
2.
L-Artikolu 6 hu sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 6
Iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru
1.
L-għoti u l-validità ta' liċenzja tal-operazzjoni għandhom jiddependu mill-pussess ta' ĊOA validu li jispeċifika l-attivitajiet koperti minn dik il-liċenzja operattiva.
2.
Kwalunkwe modifika fiċ-ĊOA ta' trasportatur tal-ajru Komunitarju għandha tkun riflessa, fejn xieraq, fil-liċenzja operattiva tiegħu.
L-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji malajr kemm jista' jkun bi kwalunkwe bidla proposta rilevanti fiċ-ĊOA.
3.
L-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA u l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandhom jaqblu dwar miżuri għal skambju proattiv ta' informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni u ż-żamma taċ-ĊOA u tal-liċenzja operattiva.
Dak l-iskambju jista' jinkludi, mingħajr ma jkun limitat għal, informazzjoni marbuta mal-arranġamenti finanzjarji, organizzattivi u dwar is-sjieda tat-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza jew is-solvenza tal-operazzjonijiet tagħha jew li jistgħu jassistu lill-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA fit-twettiq tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha relatati mas-sikurezza. Meta l-informazzjoni tingħata b'mod kunfidenzjali, għandhom jiġu stabbiliti miżuri biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi protetta b'mod adegwat.
3a.
Fejn x'aktarx li tkun meħtieġa azzjoni ta' infurzar, l-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA u l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandhom jikkonsultaw lil xulxin mill-aktar fis possibbli qabel ma jieħdu tali azzjoni, u jaħdmu flimkien sabiex isolvu l-kwistjonijiet qabel ma tittieħed azzjoni. Fejn tittieħed azzjoni, l-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA u l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandhom jinnotifikaw lil xulxin mill-aktar fis possibbli dwar it-teħid tal-azzjoni.”;
(3)
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.
Inġenju tal-ajru li jintuża minn trasportatur tal-ajru Komunitarju għandu jiġi rreġistrat, skont l-għażla tal-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu toħroġ il-liċenzja operattiva, jew fir-reġistru nazzjonali tiegħu stess jew inkella fir-reġistru nazzjonali ta' Stat Membri ieħor. Madankollu, meta jintuża taħt ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ jew bl-ekwipaġġ skont l-Artikolu 13, dak l-inġenju tal-ajru jista' jiġi rreġistrat fir-reġistru nazzjonali jew ta' kwalunkwe Stat Membru jew inkella ta' pajjiż terz.”.
|
|
Artikolu 135 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 996/2010
|
L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 hu sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Obbligu ta' investigazzjoni
|
|
Artikolu 136 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 376/2014
|
Artikolu 136
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 376/2014
Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 376/2014, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2.
Dan ir-Regolament japplika għal okkorrenzi u għal informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu l-inġenji tal-ajru ċivili li għalihom japplika r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*3
).
Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal okkorrenzi u għal informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalihom ma jkunx meħtieġ ċertifikat jew dikjarazzjoni skont l-Artikolu 56(1) u (5) tar-Regolament (UE) 2018/1139, ħlief jekk l-okkorrenza jew l-informazzjoni l-oħra relatata mas-sikurezza li tkun tinvolvi tali inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord tkun irriżultat f'dannu fatali jew serju ta' persuna jew tkun involviet xi inġenju tal-ajru li ma jkunx inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw dan ir-Regolament anke għal okkorrenzi u għal informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu l-inġenji tal-ajru li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) 2018/1139.
|
|
Artikolu 137 Emendi għad-Direttiva 2014/30/UE
|
Artikolu 137
Emendi għad-Direttiva 2014/30/UE
Fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/30/UE, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) It-tagħmir tal-avjazzjoni li ġej, fejn dak it-tagħmir jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*4
) u huwa maħsub esklużivament għall-użu fl-ajru:
(i)
inġenji tal-ajru, minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll magni, skrejjen, parts u tagħmir mhux installat assoċjati;
(ii)
inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll magni, skrejjen, parts u tagħmir mhux installat assoċjati, li d-disinn tagħhom huwa ċċertifikat skont l-Artikolu 56(1) ta' dak ir-Regolament u li huma maħsuba biex joperaw biss fuq frekwenzi allokati mir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni għal użu ajrunawtiku protett.
|
|
Artikolu 138 Emendi għad-Direttiva 2014/53/UE
|
Artikolu 138
Emendi għad-Direttiva 2014/53/UE
Fl-Anness I għad-Direttiva 2014/53/UE, il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“3. It-tagħmir tal-avjazzjoni li ġej, fejn dak it-tagħmir jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*5
) u huwa maħsub esklużivament għall-użu fl-ajru:
(a)
inġenji tal-ajru, minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll magni, skrejjen, partijiet u tagħmir mhux installat assoċjati;
(b)
inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll magni, skrejjen, partijiet u tagħmir mhux installat assoċjati, li d-disinn tagħhom huwa ċċertifikat skont l-Artikolu 56(1) ta' dak ir-Regolament u li huma maħsuba biex joperaw biss fuq frekwenzi allokati mir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni għal użu ajrunawtiku protett.
|
|
Artikolu 139 Tħassir
|
|
|
Artikolu 140 Dispożizzjonijiet tranżitorji
|
|
|
Artikolu 141 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 141
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|