+ANNESS III

ANNESS III




ANNESS III

Rekwiżiti essenzjali ta' kompatibbiltà ambjentali relatata mal-prodotti

1. Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b'mod li jnaqqsu kemm jista' jkun l-istorbju, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

2. Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b'mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

3. Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b'mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet li huma kkawżati mill-evaporazzjoni jew mir-rilaxx ta' fluwidi, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

4. Kwalunkwe tip ta' kompromess bejn il-miżuri dwar id-disinn maħsuba biex inaqqsu l-istorbju, l-emissjonijiet ta' speċijiet differenti u r-rilaxx ta' fluwidi jrid jiġi kkunsidrat.

5. Il-medda totali ta' kondizzjonijiet normali ta' operazzjoni u ż-żoni ġeografiċi fejn l-istorbju u l-emissjonijiet mill-inġenji tal-ajru huma ta' tħassib, għandha tiġi kkunsidrata meta jiġu mnaqqsa l-istorbju u l-emissjonijiet.

6. Is-sistemi u t-tagħmir tal-inġenju tal-ajru meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent iridu jkunu ddisinjati, prodotti u miżmuma b'mod li jiffunzjonaw kif ippjanat f'kwalunkwe tip ta' kondizzjoni tal-operazzjoni prevista. L-affidabbiltà tagħhom trid tkun adegwata fir-rigward tal-effett ippjanat tagħhom fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott.

7. Kwalunkwe tip ta' struzzjoni, proċedura, mezz, manwal, limitazzjoni u spezzjoni meħtieġa sabiex tkun żgurata l-konformità kontinwa ta' prodott tal-avjazzjoni mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness jridu jiġu stabbiliti u pprovduti għall-utenti intenzjonati b'mod ċar.

8. L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-produzzjoni u fil-manutenzjoni ta' prodotti tal-avjazzjoni:

(a) 

irid ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ta' prodott tal-avjazzjoni mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness; u

(b) 

jistabbilixxu arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' prodott tal-avjazzjoni mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.