|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“flus kontanti” tfisser:
(i)
munita;
(ii)
l-istrumenti negozjabbli għall-portatur;
(iii)
il-komoditajiet li jintużaw bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur;
(iv)
il-kards bi ħlas antiċipat;
(b)
“deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni” tfisser ġejjin minn territorju li huwa barra t-territorju kopert mill-Artikolu 355 tat-TFUE lejn it-territorju li huwa kopert minn dak l-Artikolu, jew ħerġin mit-territorju kopert minn dak l-Artikolu;
(c)
“munita” tfisser karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju jew li kienu fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju u li għadu possibbli li jiġu skambjati, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew banek ċentrali, għal karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju;
(d)
“strumenti negozjabbli għall-portatur” tfisser strumenti li mhumiex munita, li jagħtu d-dritt lid-detenturi tagħhom li jitolbu ammont finanzjarju meta jippreżentaw l-istrumenti, mingħajr ma jkollhom bżonn jagħtu prova tal-identità tagħhom jew jagħtu prova li huma intitolati għal dak l-ammont. Dawk l-istrumenti huma:
(i)
traveller’s cheques; u
(ii)
ċekkijiet, promissory notes jew money orders li huma jew f’forma għall-portatur, iffirmati iżda mingħajr isem ir-riċevitur, iffirmati mingħajr restrizzjoni, indirizzati lil riċevitur fittizju, jew inkella f’tali forma li t-titoli tagħhom jiġu ttrasferiti mal-għoti tagħhom;
(e)
“komodità li tintuża bħala ħażna likwida ħafna ta’ valur” tfisser oġġett, kif elenkat fil-punt 1 tal-Anness I, li għandu proporzjon kbir bejn il-valur tiegħu u l-volum tiegħu u li jista’ jinbidel f’munita faċilment permezz tas-swieq tan-negozjar aċċessibbli filwaqt li joħloq biss spejjeż tat-tranżazzjoni żgħar;
(f)
“kard bi ħlas antiċipat” tfisser kard mhux nominattiva, kif elenkat fil-punt 2 tal-Anness I, li taħżen jew tipprovdi aċċess għal valur monetarju jew fondi li jistgħu jintużaw fi tranżazzjonijiet ta’ ħlas, fl-akkwist ta’ oġġetti jew servizzi jew għat-tifdija ta’ munita fejn tali kard mhijiex marbuta ma’ kont bankarju;
(g)
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri u kull awtorità oħra li tingħata s-setgħa mill-Istati Membri biex tapplika dan ir-Regolament;
(h)
“portatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tidħol fl-Unjoni jew toħroġ mill-Unjoni u ġġorr flus kontanti fuq il-persuna tagħha, fil-bagalja tagħha jew fil-mezz ta’ trasport tagħha;
(i)
“flus kontanti mhux akkumpanjati” tfisser flus kontanti li jagħmlu parti minn konsenja mingħajr portatur;
(j)
“attività kriminali” tfisser kwalunkwe attività elenkata fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849;
(k)
“Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU)” tfisser l-entità stabbilita fi Stat Membru għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2015/849. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|