+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“flus kontanti” tfisser:

(i) 

munita;

(ii) 

l-istrumenti negozjabbli għall-portatur;

(iii) 

il-komoditajiet li jintużaw bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur;

(iv) 

il-kards bi ħlas antiċipat;

(b) 

“deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni” tfisser ġejjin minn territorju li huwa barra t-territorju kopert mill-Artikolu 355 tat-TFUE lejn it-territorju li huwa kopert minn dak l-Artikolu, jew ħerġin mit-territorju kopert minn dak l-Artikolu;

(c) 

“munita” tfisser karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju jew li kienu fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju u li għadu possibbli li jiġu skambjati, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew banek ċentrali, għal karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju;

(d) 

“strumenti negozjabbli għall-portatur” tfisser strumenti li mhumiex munita, li jagħtu d-dritt lid-detenturi tagħhom li jitolbu ammont finanzjarju meta jippreżentaw l-istrumenti, mingħajr ma jkollhom bżonn jagħtu prova tal-identità tagħhom jew jagħtu prova li huma intitolati għal dak l-ammont. Dawk l-istrumenti huma:

(i) 

traveller’s cheques; u

(ii) 

ċekkijiet, promissory notes jew money orders li huma jew f’forma għall-portatur, iffirmati iżda mingħajr isem ir-riċevitur, iffirmati mingħajr restrizzjoni, indirizzati lil riċevitur fittizju, jew inkella f’tali forma li t-titoli tagħhom jiġu ttrasferiti mal-għoti tagħhom;

(e) 

“komodità li tintuża bħala ħażna likwida ħafna ta’ valur” tfisser oġġett, kif elenkat fil-punt 1 tal-Anness I, li għandu proporzjon kbir bejn il-valur tiegħu u l-volum tiegħu u li jista’ jinbidel f’munita faċilment permezz tas-swieq tan-negozjar aċċessibbli filwaqt li joħloq biss spejjeż tat-tranżazzjoni żgħar;

(f) 

“kard bi ħlas antiċipat” tfisser kard mhux nominattiva, kif elenkat fil-punt 2 tal-Anness I, li taħżen jew tipprovdi aċċess għal valur monetarju jew fondi li jistgħu jintużaw fi tranżazzjonijiet ta’ ħlas, fl-akkwist ta’ oġġetti jew servizzi jew għat-tifdija ta’ munita fejn tali kard mhijiex marbuta ma’ kont bankarju;

(g) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri u kull awtorità oħra li tingħata s-setgħa mill-Istati Membri biex tapplika dan ir-Regolament;

(h) 

“portatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tidħol fl-Unjoni jew toħroġ mill-Unjoni u ġġorr flus kontanti fuq il-persuna tagħha, fil-bagalja tagħha jew fil-mezz ta’ trasport tagħha;

(i) 

“flus kontanti mhux akkumpanjati” tfisser flus kontanti li jagħmlu parti minn konsenja mingħajr portatur;

(j) 

“attività kriminali” tfisser kwalunkwe attività elenkata fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(k) 

“Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU)” tfisser l-entità stabbilita fi Stat Membru għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

Artikolu 2 2.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament biex jiġi emendat l-Anness I għal dan ir-Regolament biex jitqiesu x-xejriet ġodda tal-ħasil tal-flus, kif definit fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif definit fl-Artikolu 1(5) ta’ dik id-Direttiva, jew biex jitqiesu l-aħjar prattiki għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jew biex jiġi prevenut l-użu minn persuni kriminali ta’ komoditajiet li jintużaw bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur u ta’ kards bi ħlas antiċipat biex jevadu l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1672
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.