+Artikolu 5 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.

Artikolu 5 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati stabbilit fl-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jwettqu kontrolli fuq persuni fiżiċi, il-bagalji tagħhom u l-mezzi tat-trasport tagħhom, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali.
Artikolu 5 2.
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati stabbilit fl-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jwettqu kontrolli fuq kwalunkwe konsenja, reċipjent jew mezz tat-trasport li fihom jista’ jkun hemm flus kontanti mhux akkumpanjati, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali.
Artikolu 5 3.
Jekk ma jkunx ġie ssodisfat l-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati taħt l-Artikolu 3 jew l-obbligu tad-divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati taħt l-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu, bil-miktub jew f’forma elettronika, dikjarazzjoni ex officio li għandha tinkludi safejn possibbli d-dettalji elenkati fl-Artikolu 3(2) jew 4(2), skont il-każ.
Artikolu 5 4.
Il-kontrolli għandhom ikunu bbażati primarjament fuq analiżi tar-riskju, bil-għan li jiġu identifikati u evalwati r-riskji u li jiġu żviluppati l-kontromiżuri meħtieġa, u għandhom jitwettqu fil-kuntest ta’ qafas komuni tal-ġestjoni tar-riskju konformi mal-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 16(1) li għandu jqis ukoll il-valutazzjoni tar-riskju stabbilita mill-Kummissjoni u mill-FIUs taħt id-Direttiva (UE) 2015/849.
Artikolu 5 5.
Għall-finijiet tal-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom taħt dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1672
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.