+Artikolu 16 Atti ta’ implimentazzjoni
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
|
Artikolu 16 Atti ta’ implimentazzjoni
Atti ta’ implimentazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-miżuri li ġejjin biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ kontrolli minn awtoritajiet kompetenti:
(a)
il-mudelli għall-formola ta’ dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) u għall-formola ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3);
(b)
il-kriterji għall-qafas komuni tal-ġestjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 5(4) u, aktar speċifikament, il-kriterji ta’ riskju, l-istandards, u ż-żoni ta’ kontroll prijoritarji, abbażi tal-informazzjoni skambjata skont il-punt (d) tal-Artikolu 10(1), u l-politiki u l-aħjar prattika tal-Unjoni u internazzjonali;
(c)
ir-regoli tekniċi għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni taħt l-Artikolu 9(1) u (3) u l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament permezz tas-CIS stabbilita mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 515/97;
(d)
il-mudell għall-formola għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(3); u
(e)
ir-regoli u l-format li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jipprovdu, skont l-Artikolu 18, lill-Kummissjoni b’informazzjoni statistika anonimizzata dwar id-dikjarazzjonijiet u l-każijiet ta’ ksur.
|
|
Artikolu 16 2.
|
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1672
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|