|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-miżuri li ġejjin biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ kontrolli minn awtoritajiet kompetenti:
(a)
il-mudelli għall-formola ta’ dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) u għall-formola ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3);
(b)
il-kriterji għall-qafas komuni tal-ġestjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 5(4) u, aktar speċifikament, il-kriterji ta’ riskju, l-istandards, u ż-żoni ta’ kontroll prijoritarji, abbażi tal-informazzjoni skambjata skont il-punt (d) tal-Artikolu 10(1), u l-politiki u l-aħjar prattika tal-Unjoni u internazzjonali;
(c)
ir-regoli tekniċi għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni taħt l-Artikolu 9(1) u (3) u l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament permezz tas-CIS stabbilita mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 515/97;
(d)
il-mudell għall-formola għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(3); u
(e)
ir-regoli u l-format li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jipprovdu, skont l-Artikolu 18, lill-Kummissjoni b’informazzjoni statistika anonimizzata dwar id-dikjarazzjonijiet u l-każijiet ta’ ksur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|