+Artikolu 19 Evalwazzjoni
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
|
Artikolu 19 Evalwazzjoni
Evalwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
►C1
Sat-3 ta’ Ġunju 2024, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, ◄ il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi regolarment mingħand l-Istati Membri, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu, b’mod partikolari, jevalwa jekk:
(a)
fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhomx jiġu inklużi assi oħra;
(b)
il-proċedura tad-divulgazzjoni għal flus kontanti mhux akkumpanjati hijiex effettiva;
(c)
il-livell limitu għal flus kontanti mhux akkumpanjati għandux jiġi rivedut;
(d)
il-flussi ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 9 u 10 u l-użu tas-CIS, b’mod partikolari, humiex effettivi għall-iskop jew jekk hemmx ostakli għall-iskambju f’waqtu u dirett ta’ informazzjoni kompatibbli u komparabbli bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-FIUs; u
(e)
il-penali introdotti mill-Istati Membri humiex effettivi, proprozjonati u dissważivi u jaqblux mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u jekk għandhomx effett deterrenti ekwivalenti mal-Unjoni kollha fuq il-ksur ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, fejn disponibbli:
(a)
kompilazzjoni ta’ informazzjoni riċevuta mingħand l-Istati Membri dwar flus kontanti relatati ma’ attivitajiet kriminali li jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; u
(b)
informazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1672
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|