+Artikolu 6 Proċeduri li jridu jiġu offruti kompletament online
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.

Artikolu 6 Proċeduri li jridu jiġu offruti kompletament online

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-utenti jistgħu jaċċessaw u jiffinalizzaw kwalunkwe proċedura elenkata fl-Anness II kompletament online, dment li l-proċedura rilevanti tkun ġiet stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 6 2.

Il-proċeduri, imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala kompletament online meta:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-utenti, l-għoti ta’ informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn, il-firma u s-sottomissjoni finali jistgħu jsiru kollha b’mod elettroniku mill-bogħod, permezz ta’ kanal ta’ servizz li jippermetti lill-utenti jissodisfaw ir-rekwiżiti marbutin mal-proċedura b’mod strutturat u li jkun faċli għall-utent;

(b) 

l-utenti jingħataw konferma tar-riċevuta awtomatika, sakemm l-eżitu tal-proċedura ma jingħatax minnufih:

(c) 

l-eżitu tal-proċedura jingħata elettronikament, jew fejn tkun neċessarja għall-finijiet ta’ konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, jingħata b’mezzi fiżiċi; u

(d) 

l-utenti jingħataw notifika elettronika tat-tlestija tal-proċedura.

Artikolu 6 3.
Meta, f’kazijiet eċċezzjonali ġġustifikati permezz ta’ raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku fl-oqsma tas-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika jew il-ġlieda kontra l-frodi, l-objettiv imfittex ma jistax jinkiseb kompletament online, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-utent jiġi mitlub jidher personalment quddiem l-awtorità kompetenti bħala pass fil-proċedura. F’tali każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri għandhom jillimitaw il-preżenza fiżika għal dak li hu strettament meħtieġ u oġġettivament ġustifikat u għandhom jiżguraw li passi oħra tal-proċedura jistgħu jitwettqu kompletament online. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li r-rekwiżiti tal-preżenza fiżika ma jirriżultawx f’diskriminazzjoni kontra utenti transfruntiera.
Artikolu 6 4.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw u jispjegaw, permezz ta’ repożitorju komuni aċċessibbli lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, ir-raġunijiet li għalihom, u ċ-ċirkostanzi li fihom, tista’ tkun meħtieġa l-preżenza fiżika għall-passi proċedurali msemmija fil-paragrafu 3, u r-raġunijiet li għalihom, u ċ-ċirkostanzi li fihom, konsenja fiżika hija meħtieġa, kif imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2.
Artikolu 6 5.
Dan l-Artikolu ma għandux iżomm lill-Istati Membri milli joffru lill-utenti l-possibbiltà addizzjonali li jaċċessaw u jiffinalizzaw il-proċeduri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2) b’mezzi oħrajn minbarra kanal online, jew milli jikkuntattjaw lill-utenti direttament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.