+Artikolu 11 Kwalità tal-informazzjoni dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.

Artikolu 11 Kwalità tal-informazzjoni dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

Għall-finijiet ta’ konformità mal-Artikolu 4, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li, qabel ma jressqu talba għal servizz kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), l-utenti jkollhom aċċess għal spjegazzjoni ċara u faċli għall-utent ta’ dan li ġej:

(a) 

it-tip, l-iskop u r-riżultati mistennija mis-servizz offrut;

(b) 

id-dettalji ta’ kuntatt tal-entitajiet responsabbli għas-servizz, bħal numru tat-telefon, indirizz tal-posta elettronika, formola għall-mistoqsijiet online jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika użat b’mod komuni li jkun l-aktar adattat għat-tip ta’ servizz offrut u għall-udjenza fil-mira ta’ dan is-servizz;

(c) 

fejn rilevanti, il-miżati applikabbli u l-metodu ta’ ħlas online;

(d) 

kwalunkwe skadenza applikabbli li għandha tiġi rrispettata u, fejn ma jkunx hemm skadenzi, il-medja jew l-istima taż-żmien meħtieġ biex jitwassal is-servizz;

(e) 

kwalunkwe lingwa oħra li fiha tista’ ssir it-talba u li tista’ tintuża f’kuntatti sussegwenti.

Artikolu 11 2.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu aċċessibbli f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem b’mod ġenerali mill-akbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera, skont l-Artikolu 12.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.