|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.Għall-finijiet ta’ konformità mal-Artikolu 4, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li, qabel ma jressqu talba għal servizz kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), l-utenti jkollhom aċċess għal spjegazzjoni ċara u faċli għall-utent ta’ dan li ġej:
(a)
it-tip, l-iskop u r-riżultati mistennija mis-servizz offrut;
(b)
id-dettalji ta’ kuntatt tal-entitajiet responsabbli għas-servizz, bħal numru tat-telefon, indirizz tal-posta elettronika, formola għall-mistoqsijiet online jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika użat b’mod komuni li jkun l-aktar adattat għat-tip ta’ servizz offrut u għall-udjenza fil-mira ta’ dan is-servizz;
(c)
fejn rilevanti, il-miżati applikabbli u l-metodu ta’ ħlas online;
(d)
kwalunkwe skadenza applikabbli li għandha tiġi rrispettata u, fejn ma jkunx hemm skadenzi, il-medja jew l-istima taż-żmien meħtieġ biex jitwassal is-servizz;
(e)
kwalunkwe lingwa oħra li fiha tista’ ssir it-talba u li tista’ tintuża f’kuntatti sussegwenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|