+Artikolu 30 Kompiti tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
|
Artikolu 30 Kompiti tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Il-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway għandu jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, għandu:
(a)
jiffaċilita l-iskambju u l-aġġornament regolari tal-aqwa prattiki;
(b)
iħeġġeġ l-użu ta’ proċeduri li jitwettqu kompletament online apparti dawk inklużi fl-Anness II għal dan ir-Regolament, u ta’ mezzi ta’ awtentikazzjoni, identifikazzjoni u firma online, kif previst b’mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(c)
jiddiskuti titjib fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni li tkun faċli għall-utent fl-oqsma elenkati fl-Anness I, b’mod partikolari fuq il-bażi tad-data miġbura skont l-Artikoli 24 u 25;
(d)
jgħin lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tas-soluzzjonijiet komuni tal-ICT li jappoġġaw il-gateway;
(e)
jiddiskuti l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali;
(f)
jgħin lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tat-twettiq tal-programm ta’ ħidma annwali;
(g)
jiddiskuti informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 5 bil-ħsieb li tinkoraġġixxi lil Stati Membri oħrajn jipprovdu informazzjoni simili, fejn ikun rilevanti għall-utenti;
(h)
jgħin lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 16, skont l-Artikolu 17;
(i)
jinforma dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(1);
(j)
jiddiskuti u jirrakkomanda azzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni bl-għan li tiġi evitata jew eliminata d-duplikazzjoni tas-servizzi disponibbli permezz tal-gateway;
(k)
jagħti opinjonijiet dwar proċeduri jew miżuri sabiex kwalunkwe problema rigward il-kwalità tas-servizzi mqajma mill-utenti jew suġġeriment biex din titjieb tiġi indirizzata b’mod effiċjenti;
(l)
jiddiskuti l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sigurtà fid-disinn u l-privatezza fid-disinn fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament;
(m)
jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-ġbir tal-feedback u tal-istatistika tal-utenti msemmija fl-Artikoli 24 u 25, sabiex is-servizzi offruti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali jittejbu b’mod kontinwu;
(n)
jiddiskuti kwistjonijiet relatati mar-rekwiżiti tal-kwalità tas-servizzi offruti permezz tal-gateway;
(o)
jiskambja l-aħjar prattiki u jgħin lill-Kummissjoni fl-organizzazzjoni, fl-istruttura u fil-preżentazzjoni tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 2(2), biex jippermetti l-funzjonament xieraq tal-interfaċċa komuni tal-utent;
(p)
jiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-promozzjoni koordinata;
(q)
jikkoopera mal-korpi ta’ governanza jew netwerks ta’ servizzi ta’ informazzjoni, u tas-servizzi ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi;
(r)
jipprovdi gwida dwar il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali addizzjonali tal-Unjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 9(2), 10(4) u 11(2), u l-punt (a) tal-Artikolu 13(2).
|
|
Artikolu 30 2.
|
Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|