|
+Artikolu 30 1. |
Artikolu 30 1.Il-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway għandu jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, għandu:
(a)
jiffaċilita l-iskambju u l-aġġornament regolari tal-aqwa prattiki;
(b)
iħeġġeġ l-użu ta’ proċeduri li jitwettqu kompletament online apparti dawk inklużi fl-Anness II għal dan ir-Regolament, u ta’ mezzi ta’ awtentikazzjoni, identifikazzjoni u firma online, kif previst b’mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(c)
jiddiskuti titjib fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni li tkun faċli għall-utent fl-oqsma elenkati fl-Anness I, b’mod partikolari fuq il-bażi tad-data miġbura skont l-Artikoli 24 u 25;
(d)
jgħin lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tas-soluzzjonijiet komuni tal-ICT li jappoġġaw il-gateway;
(e)
jiddiskuti l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali;
(f)
jgħin lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tat-twettiq tal-programm ta’ ħidma annwali;
(g)
jiddiskuti informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 5 bil-ħsieb li tinkoraġġixxi lil Stati Membri oħrajn jipprovdu informazzjoni simili, fejn ikun rilevanti għall-utenti;
(h)
jgħin lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 16, skont l-Artikolu 17;
(i)
jinforma dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(1);
(j)
jiddiskuti u jirrakkomanda azzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni bl-għan li tiġi evitata jew eliminata d-duplikazzjoni tas-servizzi disponibbli permezz tal-gateway;
(k)
jagħti opinjonijiet dwar proċeduri jew miżuri sabiex kwalunkwe problema rigward il-kwalità tas-servizzi mqajma mill-utenti jew suġġeriment biex din titjieb tiġi indirizzata b’mod effiċjenti;
(l)
jiddiskuti l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sigurtà fid-disinn u l-privatezza fid-disinn fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament;
(m)
jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-ġbir tal-feedback u tal-istatistika tal-utenti msemmija fl-Artikoli 24 u 25, sabiex is-servizzi offruti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali jittejbu b’mod kontinwu;
(n)
jiddiskuti kwistjonijiet relatati mar-rekwiżiti tal-kwalità tas-servizzi offruti permezz tal-gateway;
(o)
jiskambja l-aħjar prattiki u jgħin lill-Kummissjoni fl-organizzazzjoni, fl-istruttura u fil-preżentazzjoni tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 2(2), biex jippermetti l-funzjonament xieraq tal-interfaċċa komuni tal-utent;
(p)
jiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-promozzjoni koordinata;
(q)
jikkoopera mal-korpi ta’ governanza jew netwerks ta’ servizzi ta’ informazzjoni, u tas-servizzi ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi;
(r)
jipprovdi gwida dwar il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali addizzjonali tal-Unjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 9(2), 10(4) u 11(2), u l-punt (a) tal-Artikolu 13(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|