|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima għandu jkun fihom it-taqsimiet prinċipali li ġejjin:
(a)
stampa ġenerali tal-proċess segwit għall-istabbiliment tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, li jkun fiha sommarju eżekuttiv, deskrizzjoni tal-konsultazzjoni pubblika u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u tar-riżultati tagħhom, u tal-kooperazzjoni reġjonali ma' Stati Membri oħra fit-tħejjija tal-pjan, kif stabbilit fl-Artikoli 10, 11 u 12 u fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I;
(b)
deskrizzjoni tal-objettivi, tal-miri u tal-kontributi nazzjonali relatati mad-dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif stipulat fl-Artikolu 4 u l-Anness I;
(c)
deskrizzjoni tal-politiki u tal-miżuri ppjanati fir-rigward tal-objettivi, il-miri u l-kontributi korrispondenti stabbiliti skont il-punt (b) kif ukoll stampa ġenerali tal-investiment meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi korrispondenti;
(d)
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija inkluż fir-rigward tas-sistema tal-enerġija, l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra kif ukoll il-projezzjonijiet fir-rigward tal-objettivi msemmija fil-punt (b) fil-konfront ta' politiki u ta' miżuri li diġà jeżistu;
(e)
meta jkun applikabbli, deskrizzjoni tal-ostakli u x-xkiel regolatorji u mhux regolatorji biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri jew il-kontributirelatati mal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika;
(f)
valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, inkluż il-konsistenza tagħhom mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, mal-objettivi tat-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont il-Ftehim ta’ Pariġi u mal-istrateġiji fit-tul kif imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;
(g)
valutazzjoni ġenerali tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati fuq il-kompetittività marbuta mal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;
(h)
anness, imfassal skont ir-rekwiżiti u l-istruttura stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, li jistabbilixxi l-metodoloġiji u l-miżuri ta' politika tal-Istat Membru biex jinkiseb ir-rekwiżit tal-iffrankar enerġetiku skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE u l-Anness V tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|