+Artikolu 3 Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
|
Artikolu 3 Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2019, u sussegwentement sal-1 ta' Jannar 2029 u kull għaxar snin minn hemm 'il quddiem, kull Stat Membru għandu jinnotifika pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni. Il-pjanijiet għandhom jinkludu l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Anness I. L-ewwel pjan għandu jkopri l-perijodu mill-2021 sal-2030, filwaqt li titqies il-perspettiva aktar fit-tul. Il-pjanijiet sussegwenti għandhom ikopru l-perijodu ta' għaxar snin li jiġi immedjatament wara t-tmiem tal-perijodu kopert mill-pjan preċedenti.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima għandu jkun fihom it-taqsimiet prinċipali li ġejjin:
(a)
stampa ġenerali tal-proċess segwit għall-istabbiliment tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, li jkun fiha sommarju eżekuttiv, deskrizzjoni tal-konsultazzjoni pubblika u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u tar-riżultati tagħhom, u tal-kooperazzjoni reġjonali ma' Stati Membri oħra fit-tħejjija tal-pjan, kif stabbilit fl-Artikoli 10, 11 u 12 u fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I;
(b)
deskrizzjoni tal-objettivi, tal-miri u tal-kontributi nazzjonali relatati mad-dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif stipulat fl-Artikolu 4 u l-Anness I;
(c)
deskrizzjoni tal-politiki u tal-miżuri ppjanati fir-rigward tal-objettivi, il-miri u l-kontributi korrispondenti stabbiliti skont il-punt (b) kif ukoll stampa ġenerali tal-investiment meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi korrispondenti;
(d)
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija inkluż fir-rigward tas-sistema tal-enerġija, l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra kif ukoll il-projezzjonijiet fir-rigward tal-objettivi msemmija fil-punt (b) fil-konfront ta' politiki u ta' miżuri li diġà jeżistu;
(e)
meta jkun applikabbli, deskrizzjoni tal-ostakli u x-xkiel regolatorji u mhux regolatorji biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri jew il-kontributirelatati mal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika;
▼M2
(f)
valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, inkluż il-konsistenza tagħhom mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, mal-objettivi tat-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont il-Ftehim ta’ Pariġi u mal-istrateġiji fit-tul kif imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;
▼B
(g)
valutazzjoni ġenerali tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati fuq il-kompetittività marbuta mal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;
(h)
anness, imfassal skont ir-rekwiżiti u l-istruttura stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, li jistabbilixxi l-metodoloġiji u l-miżuri ta' politika tal-Istat Membru biex jinkiseb ir-rekwiżit tal-iffrankar enerġetiku skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE u l-Anness V tagħha.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Fir-rigward tat-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom:
(a)
jillimitaw il-kumplessità amministrattiva u l-ispejjeż għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
(b)
iqisu l-interkonnessjonijiet bejn il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, b'mod partikolari l-prinċipju li “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”;
(c)
jużaw data robusta u konsistenti u suppożizzjonijiet tul il-ħames dimensjonijiet, meta jkun rilevanti;
(d)
jivvalutaw l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, b'kont meħud tas-servizzi tal-enerġija domestiċi meħtieġa sabiex jiġu garantiti l-istandards bażiċi tal-għajxien fil-kuntest nazzjonali rilevanti, il-politika soċjali eżistenti u politiki rilevanti oħra, kif ukoll il-gwida indikattiva tal-Kummissjoni dwar indikaturi rilevanti għall-faqar enerġetiku.
F'każ li Stat Membru jsib, skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, li għandu għadd sinifikanti ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu ta' data verifikabbli huwa għandu jinkludi fil-pjan tiegħu objettiv indikattiv nazzjonali biex inaqqas il-faqar enerġetiku. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddefinixxu fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, il-politiki u l-miżuri, li jindirizzaw il-faqar enerġetiku, jekk ikun hemm, inklużi miżuri ta' politika soċjali u programmi nazzjonali rilevanti oħra.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Kull Stat Membru għandu jqiegħed il-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima ppreżentat lill-Kummissjoni b'konformità ma' dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 sabiex temenda l-punti 2.1.1 u 3.1.1 tat-Taqsima A u l-punti 4.1 u 4.2.1 tat-Taqsima B tal-Parti 1 u l-punt 3 tal-Parti 2 tal-Anness I sabiex tadattahom għall-emendi fil-qafas tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima li jkunu direttament u speċifikament relatati mal-kontributi tal-Unjoni skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|