|
+Artikolu 8 2. |
Artikolu 8 2.Fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-valutazzjoni tagħhom, fil-livell nazzjonali u meta jkun applikabbli f'dak reġjonali, dwar:
(a)
l-impatti fuq l-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra għat-tul ta' żmien kopert mill-pjan u għal perijodu ta' għaxar snin wara l-aħħar sena koperta mill-pjan, skont il-politiki u l-miżuri jew il-grupp ta' miżuri ppjanati, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet abbażi tal-politiki u tal-miżuri jew il-grupp ta' miżuri eżistenti kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(b)
l-impatt makroekonomiku, u sa fejn fattibbli, l-impatt soċjali u fuq is-saħħa, l-ambjent u l-ħiliet tal-politiki u tal-miżuri jew tal-gruppi ta' miżuri ppjanati msemmija fl-Artikolu 7 u speċifikati iktar fl-Anness I, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet ibbażati fuq il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-metodoloġija użata biex jiġu vvalutati dawk l-impatti għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;
(c)
l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri ppjanati f'dimensjoni ta' politika u bejn il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri ppjanati ta' dimensjonijiet differenti għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030. Il-projezzjonijiet dwar is-sigurtà tal-provvista, l-infrastruttura u l-integrazzjoni tas-swieq għandhom ikunu marbuta ma' xenarji robusti tal-effiċjenza enerġetika;
(d)
il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-miżuri u l-politiki ppjanati jkunu se jattiraw l-investiment meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħhom;
(e)
il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|