+Artikolu 8 Bażi analitika tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
|
Artikolu 8 Bażi analitika tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
B'konformità mal-istruttura u l-format speċifikati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu s-sitwazzjoni attwali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inklużi tas-sistema tal-enerġija u tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tal-gassijiet serra fiż-żmien li fih intbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu u jiddeskrivu l-projezzjonijiet għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, għal tal-inqas it-tul ta' dak il-pjan, li mistennija jirriżultaw minn politiki u miżuri eżistenti. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiddeskrivu perspettivi addizzjonali aktar fit-tul għall-ħames dimensjonijiet lil hinn miż-żmien kopert mill-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, meta jkun rilevanti u possibbli.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-valutazzjoni tagħhom, fil-livell nazzjonali u meta jkun applikabbli f'dak reġjonali, dwar:
(a)
l-impatti fuq l-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra għat-tul ta' żmien kopert mill-pjan u għal perijodu ta' għaxar snin wara l-aħħar sena koperta mill-pjan, skont il-politiki u l-miżuri jew il-grupp ta' miżuri ppjanati, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet abbażi tal-politiki u tal-miżuri jew il-grupp ta' miżuri eżistenti kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(b)
l-impatt makroekonomiku, u sa fejn fattibbli, l-impatt soċjali u fuq is-saħħa, l-ambjent u l-ħiliet tal-politiki u tal-miżuri jew tal-gruppi ta' miżuri ppjanati msemmija fl-Artikolu 7 u speċifikati iktar fl-Anness I, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet ibbażati fuq il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-metodoloġija użata biex jiġu vvalutati dawk l-impatti għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;
(c)
l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri ppjanati f'dimensjoni ta' politika u bejn il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri ppjanati ta' dimensjonijiet differenti għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030. Il-projezzjonijiet dwar is-sigurtà tal-provvista, l-infrastruttura u l-integrazzjoni tas-swieq għandhom ikunu marbuta ma' xenarji robusti tal-effiċjenza enerġetika;
(d)
il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-miżuri u l-politiki ppjanati jkunu se jattiraw l-investiment meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħhom;
▼M2
(e)
il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119.
▼B
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni komprensiva dwar is-suppożizzjonijiet, il-parametri u l-metodoloġiji li jkunu ntużaw għax-xenarji u għall-projezzjonijiet finali, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet statistiċi, id-data kummerċjalment sensittiva, u l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|