|
+Artikolu 9 2. |
Artikolu 9 2.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 34 sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' dawk il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. B'mod partikolari, dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jindirizzaw:
(a)
il-livell ta' ambizzjoni tal-objettivi, tal-miri u tal-kontributi bl-għan li b'mod kollettiv jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, il-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kif ukoll il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li Stat Membru jkollu fil-mira għall-2030 kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 4, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw l-użu ta' enerġija rinnovabbli u l-konsum tal-enerġija, kif indikat mill-Istat Membru kkonċernat f'abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima u l-indikaturi ta' urġenza ta' azzjoni għall-interkonnettività stabbiliti fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I;
(b)
il-politiki u l-miżuri marbuta mal-għanijiet fil-livell ta' Stat Membru u tal-Unjoni kif ukoll politiki u miżuri oħra ta' rilevanza transfruntiera potenzjali;
(c)
kwalunkwe politika u miżura addizzjonali li jistgħu jkunu mitluba fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima;
(d)
l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti u ppjanati u l-konsistenza tagħhom fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima f'dimensjoni waħda u bejn id-dimensjonijiet differenti tal-Unjoni tal-Enerġija;
(e)
il-konsistenza tal-miżuri ta' finanzjament rilevanti, inkluż is-sehem rilevanti tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti tal-EU ETS skont id-Direttiva 2003/87/KE li jintużaw għall-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu ta' fondi tal-Unjoni bħal strumenti tal-Politika Agrikola Komuni, politiki u miżuri, fir-rigward tal-ilħuq tal-impenji, il-miri u l-baġits tal-Istati Membri stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|