+Artikolu 9 Abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
|
Artikolu 9 Abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2018, u sussegwentement sal-1 ta' Jannar 2028 u kull għaxar snin minn hemm 'il quddiem, kull Stat Membru għandu jħejji u jibagħat lill-Kummissjoni abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima f'konformità mal-Artikolu 3(1) u l-Anness I.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 34 sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' dawk il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. B'mod partikolari, dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jindirizzaw:
(a)
il-livell ta' ambizzjoni tal-objettivi, tal-miri u tal-kontributi bl-għan li b'mod kollettiv jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, il-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kif ukoll il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li Stat Membru jkollu fil-mira għall-2030 kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 4, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw l-użu ta' enerġija rinnovabbli u l-konsum tal-enerġija, kif indikat mill-Istat Membru kkonċernat f'abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima u l-indikaturi ta' urġenza ta' azzjoni għall-interkonnettività stabbiliti fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I;
(b)
il-politiki u l-miżuri marbuta mal-għanijiet fil-livell ta' Stat Membru u tal-Unjoni kif ukoll politiki u miżuri oħra ta' rilevanza transfruntiera potenzjali;
(c)
kwalunkwe politika u miżura addizzjonali li jistgħu jkunu mitluba fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima;
(d)
l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti u ppjanati u l-konsistenza tagħhom fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima f'dimensjoni waħda u bejn id-dimensjonijiet differenti tal-Unjoni tal-Enerġija;
▼M3
(e)
il-konsistenza tal-miżuri ta' finanzjament rilevanti, inkluż is-sehem rilevanti tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti tal-EU ETS skont id-Direttiva 2003/87/KE li jintużaw għall-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu ta' fondi tal-Unjoni bħal strumenti tal-Politika Agrikola Komuni, politiki u miżuri, fir-rigward tal-ilħuq tal-impenji, il-miri u l-baġits tal-Istati Membri stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841.
▼B
|
|
Artikolu 9 3.
|
Kull Stat Membru għandu jqis kif dovut kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima. Jekk Stat Membru kkonċernat ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi u jagħmel pubbliku r-raġunijiet tiegħu.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika msemmija fl-Artikolu 10, kull Stat Membru għandhu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali integrati tiegħu dwar l-enerġija u l-klima.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|