+Artikolu 14 Aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
|
Artikolu 14 Aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Sat-30 ta' Ġunju 2023 u sussegwentement sal-1 ta' Jannar 2033 u minn hemm 'il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni abbozz ta' aġġornament tal-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat dwar l-enerġija u l-klima jew għandu jipprovdi lill-Kummissjoni r-raġunijiet li jiġġustifikaw għalfejn il-pjan ma jirrikjedix aġġornamenti.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Sat-30 ta' Ġunju 2024 u sussegwentement sal-1 ta' Jannar 2034 u minn hemm 'il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni aġġornament tal-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima, dment li ma jkunx ipprovda r-raġunijiet għalfejn il-pjan ma jirrikjedix aġġornamenti skont il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 14 3.
|
Fl-aġġornament imsemmi fil-paragrafu 2, kull Stat Membru għandu jimmodifika l-objettiv, il-mira jew il-kontribut nazzjonali tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe objettiv, mira jew kontribut kwantifikati tal-Unjoni, stipulati fil-punt (a)(1) tal-Artikolu 4 biex jirrifletti żieda fl-ambizzjoni meta mqabbla ma' dik stabbilita fl-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima. Fl-aġġornament imsemmi fil-paragrafu 2, kull Stat Membru għandu jimmodifika l-objettiv, il-mira jew il-kontribut nazzjonali tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe objettiv, mira jew kontribut kwantifikati tal-Unjoni stipulati fil-punti (a)(2) u (b) tal-Artikolu 4 biss sabiex tiġi riflessa ambizzjoni ugwali jew akbar meta mqabbla ma' dik stipulata fl-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima.
|
|
Artikolu 14 4.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex fil-pjan aġġornat nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima jkun hemm mitigazzjoni ta' kwalunkwe impatt ambjentali avvers li jfeġġ bħala parti mir-rapportar integrat skont l-Artikoli 17 sa 25.
|
|
Artikolu 14 5.
|
Fl-aġġornamenti tagħhom imsemmija fil-paragrau 2, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi l-iktar reċenti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll l-obbligi li jitnisslu mill-Ftehim ta' Pariġi.
|
|
Artikolu 14 6.
|
Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikoli 10 u 12 għandhom japplikaw għat-tħejjija u għall-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati dwar l-enerġija u l-klima.
|
|
Artikolu 14 7.
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jagħmlu bidliet u adattamenti, fi kwalunkwe ħin, fil-politiki nazzjonali stipulati jew imsemmija fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, dment li tali bidliet u adattamenti jkunu inklużi fir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|