+KAPITOLU 2 Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
---+Artikolu 3 Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 4 Objettivi, miri u kontributi nazzjonali għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
---+Artikolu 5 Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 6 Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 7 Politiki u miżuri nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
---+Artikolu 8 Bażi analitika tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 9 Abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 10 Konsultazzjoni pubblika
---+Artikolu 11 Djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija
---+Artikolu 12 Kooperazzjoni reġjonali
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
------+Artikolu 12 5.
------+Artikolu 12 6.
------+Artikolu 12 7.
------+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 13 Valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
---+Artikolu 14 Aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
------+Artikolu 14 6.
------+Artikolu 14 7.
|
KAPITOLU 2 Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
KAPITOLU 2 Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
|
|
|
Artikolu 4 Objettivi, miri u kontributi nazzjonali għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
|
Artikolu 4
Objettivi, miri u kontributi nazzjonali għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-objettivi, il-miri u l-kontributi ewlenin li ġejjin fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima, kif speċifikat fil-punt 2 tat-taqsima A tal-Anness I:
(a)
rigward id-dimensjoni “Id-Dekarbonizzazzjoni”:
(1)
fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra u bl-għan li jingħata kontribut biex tintlaħaq il-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni:
(i)
il-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istat Membru għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-limiti nazzjonali vinkolanti annwali skont ir-Regolament (UE) 2018/842;
▼M3
(ii)
l-impenji tal-Istat Membru u l-miri nazzjonali għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/841;
▼B
(iii)
meta jkun applikabbli biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'konformità mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi, objettivi u miri oħra, li jinkludu miri settorjali u objettivi ta' adattament.
▼M5
(2)
fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli:
Bl-għan li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kontribut għal dak l-objettiv f’termini tas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030, bi trajettorja indikattiva għal dak il-kontribut mill-2021 ’il quddiem. Sal-2022, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta’ referenza ta’ mill-anqas 18 % taż-żieda totali fis-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta’ dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2025, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta’ referenza ta’ mill-anqas 43 % taż-żieda totali fis-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta’ dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2027, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta’ referenza ta’ mill-anqas 65 % taż-żieda totali fis-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta’ dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030.
Sal-2030, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq mill-anqas il-kontribut ippjanat tal-Istat Membru. Jekk Stat Membru jistenna li jaqbeż il-mira nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020, it-trajettorja indikattiva tiegħu tista’ tibda fil-livell li tkun ipproġettata li tilħaq. It-trajettorji indikattivi tal-Istati Membri, meħudin flimkien, għandhom jikkorrispondu għall-punti ta’ referenza tal-Unjoni fl-2022, fl-2025 u fl-2027 u għall-mira vinkolanti tal-Unjoni tal-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1)tad-Direttiva (UE) 2018/2001. B’mod separat mill-kontribut tiegħu għall-mira tal-Unjoni u t-trajettorja indikattiva tiegħu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru għandu jkun liberu li jindika ambizzjonijiet ogħla għall-finijiet tal-politika nazzjonali;
▼B
(b)
fir-rigward tad-dimensjoni “Effiċjenza Enerġetika”:
(1)
il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika ta' mill-inqas 32,5 % fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/27/UE, abbażi tal-konsum primarju jew finali tal-enerġija, l-iffrankar primarju jew finali tal-enerġija, jew l-intensità enerġetika.
L-Istati Membri għandhom jesprimu l-kontributi tagħhom f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020, u f'termini ta' livell assolut ta' konsum ta' enerġija primarja u konsum ta' enerġija finali fl-2030, bi trajettorja indikattiva għal dak il-kontribut mill-2021 'il quddiem. Huma għandhom jispjegaw il-metodoloġija sottostanti tagħhom u l-fatturi ta' konverżjoni li jkunu ntużaw;
(2)
l-ammont kumulattiv ta' ffrankar enerġetiku fil-konsum finali li jrid jinkiseb matul il-perijodu mill-2021 sal-2030 skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(1) dwar l-obbligi dwar l-iffrankar enerġetiku skont id-Direttiva 2012/27/UE;
(3)
l-istadji importanti indikattvi tal-istrateġija għar-rinnovazzjoni fit-tul tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, il-pjan direzzjonali b'indikaturi kwantifikabbli tal-progress stabbiliti domestikament, stima abbażi tal-evidenza tal-iffrankar enerġetiku mistenni u benefiċċji usa', u l-kontributi għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni skont id-Direttiva 2012/27/UE b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;
(4)
l-erja totali ta' art li trid tiġi rinnovata jew l-iffrankar enerġetiku annwali ekwivalenti li jrid jinkiseb mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi;
(c)
fir-rigward tad-dimensjoni “Sigurtà tal-Enerġija”:
(1)
l-objettivi nazzjonali fir-rigward ta':
—
żieda fid-diversifikazzjoni tas-sorsi u tal-provvista tal-enerġija minn pajjiżi terzi, li jista' jkollhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza tal-enerġija fuq l-importazzjoni,
—
żieda fil-flessibbiltà tas-sistema nazzjonali tal-enerġija, u
—
il-kapaċità li wieħed jindirizza provvista limitata jew interrotta ta' sors tal-enerġija, bl-iskop li tittejjeb ir-reżiljenza tas-sistemi reġjonali u nazzjonali tal-enerġija, inkluż iż-żmien li fih għandhom jintlaħqu l-objettivi;
(d)
fir-rigward tad-dimensjoni “Suq Intern tal-Enerġija”:
(1)
il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 fid-dawl tal-mira ta' minn tal-inqas 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030, bi strateġija bil-livell definit mill-2021 'il quddiem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri affettwati, b'kont meħud tal-mira tal-interkonnessjoni ta' 10 % tal-2020 u tal-indikaturi tal-urġenza tal-azzjoni abbażi tad-differenzjali tal-prezz fis-suq bl-ingrossa, tal-kapaċità nominali ta' trażmissjoni tal-interkonnetturi fir-rigward tal-ħinijiet l-aktar intensivi u tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli installata kif stipulat fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A fil-Parti 1 tal-Anness I. Kull interkonnettur ġdid għandu jkun soġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi u ambjentali u jiġi implimentat biss jekk il-benefiċċji potenzjali jkunu iktar mill-ispejjeż;
(2)
il-proġetti, u, meta jkun rilevanti, il-proġetti ta' modernizzazzjoni nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass u l-modernizzazzjoni, meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri skont il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;
(3)
l-objettivi nazzjonali relatati ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju: żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, b'mod partikolari permezz ta' politiki u miżuri relatati mal-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tas-suq b'konformità mal-liġi applikabbli; l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-suq, bl-għan li jiżdiedu l-kapaċità negozjabbli tal-interkonnetturi eżistenti, il-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis tas-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali, inkluż perijodu ta' żmien li fih għandhom jintlaħqu l-objettivi, u objettivi relatati mas-suq intern tal-enerġija kif stipulat fil-punt 2.4.3 tat-Taqsima A fil-Parti 1 tal-Anness I;
(e)
fir-rigward tad-dimensjoni “Riċerka, Innovazzjoni u Kompetittività”:
(1)
objettivi nazzjonali u miri ta' finanzjament għal riċerka u innovazzjoni pubblika u, meta jkun rilevanti, privata marbuta mal-Unjoni tal-Enerġija li jinkludu, meta jkun xieraq, medda ta' żmien għal meta l-objettivi għandhom jintlaħqu; li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u, meta jkun xieraq, tal-Pjan SET. Meta jistabbilixxi l-objettivi, il-miri u l-kontributi tiegħu, l-Istat Membru jista' jibni fuq l-istrateġiji jew il-pjanijiet nazzjonali eżistenti li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni;
(2)
meta jkun applikabbli, l-objettivi nazzjonali għall-2050 relatati mal-promozzjoni ta' teknoloġiji ta' enerġija nadifa.
|
|
Artikolu 5 Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli
|
|
|
Artikolu 6 Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika
|
|
|
Artikolu 7 Politiki u miżuri nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
|
Artikolu 7
Politiki u miżuri nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
B'konformità mal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, il-politiki u l-miżuri ewlenin eżistenti u ppjanati biex b'mod partikolari jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-pjan nazzjonali, filwaqt li, meta jkun applikabbli, jiġu inklużi miżuri li jipprovdu għall-kooperazzjoni reġjonali u l-finanzjament xieraq fil-livell nazzjonali u reġjonali, inkluża l-mobilizzazzjoni tal-programmi u l-istrumenti tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu stampa ġenerali tal-investiment meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali, kif ukoll valutazzjoni ġenerali dwar is-sorsi ta' dak l-investiment.
|
|
Artikolu 8 Bażi analitika tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
|
|
|
Artikolu 9 Abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
|
|
|
Artikolu 10 Konsultazzjoni pubblika
|
Artikolu 10
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-liġi tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima – fir-rigward tal-pjanijiet għall-perijodu mill-2021 sal-2030, fit-tħejjija tal-pjan finali ferm qabel l-adozzjoni tiegħu – kif ukoll tal-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15. Kull Stat Membru għandu jehmeż ma' tali dokumenti lill-Kummissjoni sommarju tal-fehmiet tal-pubbliku jew fehmiet provviżorji. Sa fejn tkun applikabbli d-Direttiva 2001/42/KE, il-konsultazzjonijiet li jkunu saru dwar l-abbozz skont dik id-Direttiva għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-obbligi ta' konsultazzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pubbliku jiġi infurmat. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi skadenzi raġonevoli li jippermettu biżżejjed żmien sabiex il-pubbliku jkun infurmat u sabiex jipparteċipa u jesprimi l-fehmiet tiegħu.
Kull Stat Membru għandu jillimita l-kumplessità amministrattiva fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 11 Djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija
|
Artikolu 11
Djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija skont ir-regoli nazzjonali, fejn l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità kummerċjali, l-investituri u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra kif ukoll il-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod attiv u jiddiskutu l-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u x-xenarji differenti previsti għall-politiki dwar l-enerġija u l-klima, inkluż fuq perjodu ta’ żmien fit-tul, u għandu jeżamina mill-ġdid il-progress, sakemm ma jkollux diġà struttura li sservi l-istess skop. Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jistgħu jiġu diskussi fil-qafas ta’ dan id-djalogu.
|
|
Artikolu 12 Kooperazzjoni reġjonali
|
|
|
Artikolu 13 Valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
|
Artikolu 13
Valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
Abbażi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom innotifikati skont l-Artikoli 3 u 14, il-Kummissjoni, b'mod partikolari, għandha tivvaluta jekk:
(a)
il-miri, l-objettivi u l-kontributi humiex suffiċjenti biex b'mod kollettiv jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin b'mod partikolari, il-miri tal-Qafas tal-Unjoni għall-Klima u l-Enerġija għall-2030;
(b)
il-pjanijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 sa 12 u jekk l-Istati Membri qisux b'mod debitu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni maħruġa skont l-Artikolu 34.
|
|
Artikolu 14 Aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|