|
+Artikolu 15 4. |
Artikolu 15 4.L-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri għandu jkun fihom l-elementi stipulati fl-Anness IV. Barra minn hekk, l-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom ikopru:
(a)
it-tnaqqis totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib totali tal-assorbimenti minn bjar;
(b)
it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tisħiħ tal-assorbimenti f'setturi individwali, inklużi l-elettriku, l-industrija, it-trasport, is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ u tal-bini (residenzjali u terzjarju), l-agrikoltura, l-iskart u l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF);
(c)
il-progress mistenni fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluża l-intensità tal-gassijiet serra, l-intensità tas-CO2 tal-prodott domestiku gross, l-istimi relatati tal-investiment fit-tul, u l-istrateġiji għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni relatati;
(d)
sal-punt fattibbli, l-effett soċjoekonomiku mistenni tal-miżuri ta' dekarbonizzazzjoni, inklużi, fost l-oħrajn, aspetti relatati mal-iżvilupp makroekonomiku u soċjali, il-benefiċċji u r-riskji għas-saħħa u l-protezzjoni ambjentali;
(e)
rabtiet ma' objettivi, ippjanar u politiki u miżuri oħrajn u investimenti nazzjonali oħrajn fit-tul. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|