+Artikolu 15 Strateġiji fit-tul
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.
---+Artikolu 15 8.
---+Artikolu 15 9.
|
Artikolu 15 Strateġiji fit-tul
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Sal-1 ta’ Jannar 2020, u sussegwentement sal-1 ta’ Jannar 2029 u minn hemm ’il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni l-istrateġija fit-tul tiegħu b’perspettiva ta’ 30 sena u b’mod konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun neċessarju, jaġġornaw dawk l-istrateġiji kull ħames snin.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Bl-għan li tikseb l-objettivi klimatiċi ġenerali msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' April 2019, tadotta proposta għal strateġija fit-tul tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, b'kont meħud tal-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati tal-Istati Membri dwar l-enerġija u l-klima. L-istrateġija fit-tul imsemmija f'dan il-paragrafu għandha tinkludi analiżi li mill-inqas tkopri:
(a)
diversi xenarji għall-kontribut tal-Unjoni lejn l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 3 inter alia xenarju dwar il-kisba ta' emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ugwali għal żero fl-Unjoni sal-2050 u emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem;
(b)
l-implikazzjonijiet tax-xenarji msemmija fil-punt (a) fuq il-baġit tal-karbonju globali u tal-Unjoni li jifdal sabiex isir kontribut għal dibattitu dwar il-kosteffiċjenza, l-effikaċja u s-sens ta' ġustizzja b'rabta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
|
|
Artikolu 15 3.
|
L-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu:
(a)
biex jitwettqu l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi li jitnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra u jissaħħu l-assorbimenti minn bjar u biex jiġi promoss iżjed sekwestru tal-karbonju;
(b)
biex jintlaħaq l-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi li ż-żieda tat-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C iktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda tat-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali;
▼M2
(c)
biex jinkisbu tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti minn bjar fis-setturi kollha skont l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, fil-kuntest tat-tnaqqis tal-emissjoni tal-gassijiet b’effett ta’ serra u t-titjib meħtieġ tal-assorbimenti minn bjar skont il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) biex b’mod kosteffikaċi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Unjoni u jiżdiedu l-assorbimenti minn bjar ħalli jintlaħaq l-għan fit-tul dwar it-temperatura tal-Ftehim ta’ Pariġi sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet b’effett ta’ serra fi ħdan l-Unjoni u, kif xieraq, sussegwentement jinkisbu emissjonijiet negattivi;
▼B
(d)
biex tinkiseb sistema tal-enerġija bbażata fuq sorsi rinnovabbli għolja li tkun effiċjenti ħafna fi ħdan l-Unjoni.
|
|
Artikolu 15 4.
|
L-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri għandu jkun fihom l-elementi stipulati fl-Anness IV. Barra minn hekk, l-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom ikopru:
(a)
it-tnaqqis totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib totali tal-assorbimenti minn bjar;
(b)
it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tisħiħ tal-assorbimenti f'setturi individwali, inklużi l-elettriku, l-industrija, it-trasport, is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ u tal-bini (residenzjali u terzjarju), l-agrikoltura, l-iskart u l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF);
(c)
il-progress mistenni fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluża l-intensità tal-gassijiet serra, l-intensità tas-CO2 tal-prodott domestiku gross, l-istimi relatati tal-investiment fit-tul, u l-istrateġiji għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni relatati;
(d)
sal-punt fattibbli, l-effett soċjoekonomiku mistenni tal-miżuri ta' dekarbonizzazzjoni, inklużi, fost l-oħrajn, aspetti relatati mal-iżvilupp makroekonomiku u soċjali, il-benefiċċji u r-riskji għas-saħħa u l-protezzjoni ambjentali;
(e)
rabtiet ma' objettivi, ippjanar u politiki u miżuri oħrajn u investimenti nazzjonali oħrajn fit-tul.
|
|
Artikolu 15 5.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 sabiex temenda l-Anness IV bl-għan li tadattah għall-iżviluppi fl-istrateġija fit-tul tal-Unjoni jew fil-qafas tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima li jkunu direttament u speċifikament relatati mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati skont il-UNFCCC u, b'mod partikolari, skont il-Ftehim ta' Pariġi.
|
|
Artikolu 15 6.
|
Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji fit-tul imsemmija f'dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 15 7.
|
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw u jagħmlu disponibbli minnufih għall-pubbliku l-istrateġiji fit-tul rispettivi tagħhom u kwalunkwe aġġornament tagħhom, inkluż permezz tal-pjattaforma elettronika msemmija fl-Artikolu 28. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu d-data rilevanti tar-riżultati finali disponibbli għall-pubbliku, b'kont meħud tad-data kummerċjalment sensittiva u l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 15 8.
|
Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-istrateġiji fit-tul tagħhom, billi tipprovdi informazzjoni dwar l-istat tal-għarfien xjentifiku sottostanti u opportunitajiet biex jiġu kondiviżi l-għarfien u l-aħjar prattiki, inkluża, fejn rilevanti, gwida għall-Istati Membri matul il-fażi ta' żvilupp u implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom.
|
|
Artikolu 15 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-istrateġiji nazzjonali fit-tul humiex adegwati biex b'mod kollettiv jinkisbu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija stabbiliti fl-Artikolu 1 u għandha tipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe diskrepanza kollettiva pendenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|