+Artikolu 18 Rapportar integrat dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet dwar il-gassijiet serra
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
|
Artikolu 18 Rapportar integrat dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet dwar il-gassijiet serra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Sal-15 ta' Marzu 2021 u sussegwentement kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
(a)
il-politiki u l-miżuri jew grupp ta' miżuri nazzjonali tagħhom kif stabbilit fl-Anness VI; u
(b)
il-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar, li jridu jkunu organizzati skont il-gassijiet jew il-gruppi ta' gassijiet (Idrofluworokarburi u Perfluworokarburi) elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V. Il-projezzjonijiet nazzjonali għandhom iqisu kwalunkwe politika u miżura adottata fil-livell tal-Unjoni u għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII.
|
|
Artikolu 18 2.
|
L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw l-aktar projezzjonijiet aġġornati disponibbli. Meta Stat Membru ma jibgħatx stimi kompluti tal-projezzjonijiet sal-15 ta' Marzu ta' kull tieni sena, u l-Kummissjoni tkun stabbiliet li dak l-Istat Membru ma jistax jagħmel tajjeb għad-diskrepanzi fl-istimi ladarba jiġu identifikati permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni ta' garanzija tal-kwalità jew ta' kontroll tal-kwalità, il-Kummissjoni tista' tħejji stimi kif ikun meħtieġ biex jinġabru l-projezzjonijiet tal-Unjoni, b'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Matul l-ewwel sena tal-perijodu ta' rapportar, Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sostanzjali fl-informazzjoni rrapportata skont il-paragrafu 1, sal-15 ta' Marzu tas-sena ta' wara r-rapport preċedenti.
|
|
Artikolu 18 4.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, il-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe valutazzjoni rilevanti tal-kostijiet u tal-effetti tal-politiki u tal-miżuri nazzjonali fuq l-implimentazzjoni ta' politiki tal-Unjoni li jkunu rilevanti biex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra flimkien ma' kwalunkwe rapport tekniku sottostanti rilevanti. Dawk il-projezzjonijiet u l-valutazzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tal-mudelli u tal-approċċi metodoloġiċi użati, id-definizzjonijiet kif ukoll is-suppożizzjonijiet sottostanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|