+Artikolu 19 Rapportar integrat dwar l-azzjonijiet ta' adattament nazzjonali, l-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku pprovdut għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u d-dħul mill-irkantar
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
|
Artikolu 19 Rapportar integrat dwar l-azzjonijiet ta' adattament nazzjonali, l-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku pprovdut għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u d-dħul mill-irkantar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Sal-15 ta' Marzu 2021 u sussegwentement kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-ippjanar u l-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima lill-Kummissjoni, filwaqt li jiddeskrivu l-azzjonijiet implimentati u ppjanati tagħhom biex jiġi ffaċilitat l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni speċifikata fil-Parti 1 tal-Anness VIII u b'konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar miftiehma fl-ambitu tal-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Sal-31 ta' Lulju 2021 u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-użu tad-dħul iġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 3d(1) jew (2) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluża l-informazzjoni speċifikata fil-Parti 3 tal-Anness VIII.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Sat-30 ta' Settembru 2021 u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluża l-informazzjoni speċifikata fil-Parti 2 tal-Anness VIII u b'konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar rilevanti miftiehma fl-ambitu tal-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi.
|
|
Artikolu 19 4.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti li ntbagħtu lill-Kummissjoni b'konformità ma' dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni speċifikata fil-punt (b) tal-Parti 2 tal-Anness VIII.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format u l-proċessi ta' ppreżentazzjoni tar-rapportar tal-Istati Membri tal-informazzjoni skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|