+Artikolu 26 Rapportar Annwali
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
|
Artikolu 26 Rapportar Annwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Sal-15 ta' Marzu 2021 u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni:
(a)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2009/119/KE;
(b)
l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness IX tad-Direttiva 2013/30/UE, b'konformità mal-Artikolu 25 ta' dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Sal-31 ta' Lulju 2021, u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-inventarji approssimati tal-gassijiet serra tagħhom għas-sena X-1; Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-inventarji approssimati tal-gassijiet serra tal-Istati Membri jew, jekk Stat Membru ma jkunx ikkomunika l-inventarji approssimati tiegħu sa dik id-data, abbażi tal-istimi tagħha stess, tikkompila kull sena inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku sat-30 ta' Settembru kull sena.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Mill-2023, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw u jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data tal-inventarju finali tal-gassijiet serra sal-15 ta’ Marzu kull sena (is-sena X) u d-data tal-inventarju preliminari tal-gassijiet serra sal-15 ta’ Jannar kull sena, inkluż l-informazzjoni dwar il-gassijiet serra u l-inventarji elenkati fl-Anness V. Ir-rapport dwar id-data tal-inventarju finali tal-gassijiet serra għandu jinkludi wkoll rapport komplut u aġġornat dwar l-inventarju nazzjonali. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi r-rapporti, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punt (n) tal-ewwel paragrafu tal-Parti 1 tal-Anness V disponibbli f’format elettroniku għall-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1).
|
|
Artikolu 26 4.
|
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tal-UNFCCC, l-inventarji nazzjonali bl-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni dwar id-data tal-inventarju finali tal-gassijiet serra, b'konformità mal-paragrafu 3 sal-15 ta' April kull sena. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tikkompila kull sena inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni u tħejji rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni, u għandha tippreżentahom lis-Segretarjat tal-UNFCCC sal-15 ta' April kull sena.
|
|
Artikolu 26 5.
|
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data tal-inventarju nazzjonali preliminari u ta' dak finali, sal-15 ta' Jannar u sal-15 ta' Marzu rispettivament fis-snin 2027 u 2032, imħejjija għall-kontabbiltà tal-LULUCF tagħhom għar-rapporti ta' konformità skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/841.
|
|
Artikolu 26 6.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 sabiex:
(a)
temenda l-Parti 2 tal-Anness V billi żżid jew tħassar is-sustanzi fil-lista ta' gassijiet serra, b'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi;
(b)
tissupplementa dan ir-Regolament billi tadotta valuri għall-potenzjali ta' tisħin globali u tispeċifika l-linji gwida applikabbli għall-inventarji, b'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti li ġew adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi;
▼M3
(c)
emenda tal-Parti 3 tal-Anness V biex tiġi aġġornata l-lista ta' kategoriji f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
▼B
|
|
Artikolu 26 7.
|
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, id-dettalji tekniċi, il-format u l-proċessi biex l-Istati Membri jibagħtu l-inventarji approssimati tal-gassijiet serra skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-inventarji tal-gassijiet serra skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-kontabbiltà tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra skont l-Artikoli 5 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/841. Meta tipproponi dawn l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-iskedi ta' żmien tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' dik l-informazzjoni u d-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-Unjoni mal-obbligi ta' rapportar tagħha bħala Parti għall-UNFCCC u għall-Ftehim ta' Pariġi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll l-iskedi taż-żmien għall-kooperazzjoni u l-koordinament bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fit-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|